+Artikolu 144 Valutazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti dwar applikazzjoni biex jintuża l-Approċċ IRB
---+Artikolu 144 1.
---+Artikolu 144 2.

Artikolu 144 Valutazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti dwar applikazzjoni biex jintuża l-Approċċ IRB

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 144 1.

L-awtorità kompetenti għandha tagħti permess skont l-Artikolu 143 biex istituzzjoni tuża l-Approċċ IRB, inkluż sabiex tuża l-istimi proprji tal-LGD u tal-fatturi ta’ konverżjoni, biss jekk l-awtorità kompetenti tkun issodisfatta li r-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-Kapitolu jkunu ġew issodisfatti, b’mod partikolari dawk stabbiliti fit-Taqsima 6, u li s-sistemi tal-istituzzjoni għall-ġestjoni u l-klassifikazzjoni tal-iskoperturi ta’ riskji ta’ kreditu jkunu validi u jiġu implimentati b’integrità u, b’mod partikolari, li l-istituzzjoni wriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-istandards li ġejjin ikunu ġew issodisfatti:

(a) 

is-sistemi ta’ klassifikazzjoni tal-istituzzjoni jipprovdu valutazzjoni tajba tal-karatteristiċi tad-debitur u tat-transazzjonijiet, differenzjar tajjeb tar-riskju u stimi kwantitattivi tar-riskju li jkunu preċiżi u konsistenti;

(b) 

il-klassifikazzjonijiet interni u l-istimi ta’ inadempjenza u ta’ telf użati fil-kalkolu tar-rekwiżiti tal-fondi proprji u fis-sistemi u l-proċessi assoċjati għandhom rwol essenzjali fil-proċess tal-ġestjoni tar-riskju u tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, u fil-funzjonijiet ta’ approvazzjoni tal-kreditu, fl-allokazzjoni interna tal-kapital u tal-governanza korporattiva tal-istituzzjoni;

(c) 

l-istituzzjoni għandha unità għall-kontroll tar-riskju ta’ kreditu responsabbli għas-sistemi ta’ klassifikazzjoni tagħha li tkun indipendenti u ħielsa kif xieraq minn influwenza bla bżonn;

(d) 

l-istituzzjoni tiġbor u taħżen id-data kollha rilevanti sabiex tipprovdi appoġġ effikaċi għall-proċess tal-kalkolu u l-ġestjoni tar-riskju ta’ kreditu tagħha;

(e) 

l-istituzzjoni tiddokumenta s-sistemi ta’ klassifikazzjoni tagħha u r-raġuni għat-tfassil tagħhom u tivvalida s-sistemi ta’ klassifikazzjoni tagħha;

▼M17

(f) 

l-istituzzjoni tkun ivvalidat kull sistema ta' klassifikazzjoni matul perjodu xieraq qabel il-permess sabiex tintuża dik is-sistema ta' klassifikazzjoni, tkun ivvalutat matul dak il-perjodu jekk kull sistema ta' klassifikazzjoni hijiex adattata għall-medda ta' applikazzjoni ta' dik is-sistema ta' klassifikazzjoni, u tkun għamlet il-bidliet neċessarji f'kull sistema ta' klassifikazzjoni wara l-valutazzjoni tagħha;

▼M8

(g) 

l-istituzzjoni tkun ikkalkulat skont l-Approċċ IRB ir-rekwiżiti tal-fondi proprji bħala riżultat tal-istimi tal-parametri tar-riskji u tkun kapaċi tissottometti r-rappurtar kif meħtieġ mill-Artikolu 430;

▼M17

(h) 

l-istituzzjoni tkun assenjat u tkun għadha tassenja kull skopertura fil-medda ta' applikazzjoni ta' sistema ta' klassifikazzjoni għal grad jew għal aggregazzjoni ta' klassifikazzjoni ta' dik is-sistema ta' klassifikazzjoni.

▼B

Ir-rekwiżiti sabiex jintuża l-Approċċ IRB, inkluż l-istimi proprji tal-LGD u tal-fatturi ta’ konverżjoni, japplikaw ukoll meta istituzzjoni tkun implimentat sistema ta’ klassifikazzjoni, jew mudell użat f’sistema ta’ klassifikazzjoni, li tkun xtrat minn venditur ta’ parti terza.

Artikolu 144 2.
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-metodoloġija ta' valutazzjoni li l-awtoritajiet kompetenti għandhom isegwu fil-valutazzjoni tal-konformità ta' istituzzjoni mar-rekwiżiti għall-użu tal-Approċċ IRB.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2026.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit