+Artikolu 147 5.

Artikolu 147 5.

Biex ikunu eliġibbli għall-klassi ta’ skopertura fil-livell tal-konsumatur stabbilita fil-punt (d) tal-paragrafu 2, l-iskoperturi għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

(a) 

għandhom ikunu jappartjenu għal waħda minn dawn li ġejjin:

(i) 

skoperturi għal persuna fiżika waħda jew aktar;

▼M17

(ii) 

skoperturi għal SME, dment li f'dak il-każ l-ammont totali dovut lill-istituzzjoni u lill-impriżi prinċipali u lis-sussidjarji tagħha, inkluż kwalunkwe skopertura f'inadempjenza, mill-klijent debitur jew mill-grupp debitur ta' klijenti konnessi, iżda esklużi skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali, sal-valur tal-proprjetà, sa fejn tkun taf l-istituzzjoni, li għandha tieħu passi raġonevoli sabiex tivverifika l-ammont ta' dik l-iskopertura, ma jaqbiżx il-EUR 1 miljun;

(iii) 

skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali, inkluż l-ewwel irhna u dawk sussegwenti, self b'terminu, linji ta' kreditu rotanti ta' ekwità ta' dar, u skoperturi kif imsemmi fl-Artikolu 108(4) u (5), irrispettivament mid-daqs tal-iskopertura, sakemm l-iskopertura ma tkunx waħda minn dawn li ġejjin:

(1) 

skopertura għal persuna fiżika;

(2) 

skopertura għal assoċjazzjonijiet jew għal kooperattivi ta' individwi rregolati skont il-liġi nazzjonali u li jeżistu bl-għan uniku li joffru lill-membri tagħhom l-użu ta' residenza primarja fil-proprjetà li tiggarantixxi s-self;

▼B

(b) 

ikunu ttrattati mill-istituzzjoni fil-ġestjoni tar-riskju tagħha b’mod konsistenti maż-żmien u b’mod simili;

▼M17

(c) 

mhumiex immaniġġati biss fuq bażi individwali bħala skoperturi fil-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (c)(i), (ii) jew (iii);

▼B

(d) 

kull waħda tirrappreżenta waħda minn għadd sinifikanti ta’ skoperturi mmaniġġjati b’mod simili.

Minbarra l-iskoperturi elenkati fl-ewwel subparagrafu, il-valur preżenti tal-pagamenti tal-kiri minimi fil-livell tal-konsumatur għandu jiġi inkluż fil-klassi ta’ skopertura fil-livell tal-konsumatur.

Skoperturi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a)(iii), il-punti (b), (c) u (d), ta' dan il-paragrafu għandhom jiġu assenjati għall-klassi tal-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (d)(ii).

B'deroga mit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeskludu mill-klassi tal-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (d)(ii), self lil persuni fiżiċi li jkunu ipotekaw aktar minn erba' proprjetajiet immobbli jew unitajiet ta' abitazzjoni, inkluż is-self lill-persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 108(4), u jassenjaw dak is-self lil waħda mill-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (c)(i), (ii) jew (iii).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit