+Artikolu 147 Metodoloġija biex skopertura tiġi assenjata fi klassijiet ta’ skoperturi
---+Artikolu 147 1.
---+Artikolu 147 2.
---+Artikolu 147 3.
---+Artikolu 147 3a.
---+Artikolu 147 4.
---+Artikolu 147 5.
---+Artikolu 147 5a.
---+Artikolu 147 6.
---+Artikolu 147 7.
---+Artikolu 147 8.
---+Artikolu 147 9.
---+Artikolu 147 10.
---+Artikolu 147 11.
---+Artikolu 147 12.
|
Artikolu 147 Metodoloġija biex skopertura tiġi assenjata fi klassijiet ta’ skoperturi
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 147 1.
|
Il-metodoloġija użata mill-istituzzjoni sabiex tassenja skoperturi fi klassijiet differenti ta’ skopertura għandha tkun adatta u konsistenti maż-żmien.
|
|
Artikolu 147 2.
|
Kull skopertura għandha tiġi assenjata għal waħda mill-klassijiet tal-iskoperturi li ġejjin:
(a)
skoperturi għal gvernijiet ċentrali jew għal banek ċentrali;
(aa)
skoperturi għal gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku li għandhom jiġu assenjati fil-klassijiet tal-iskoperturi li ġejjin:
(i)
skoperturi għal gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali;
(ii)
skoperturi għal entitajiet tas-settur pubbliku;
(b)
skoperturi għal istituzzjonijiet;
(c)
skoperturi għal korporattivi, li għandhom jiġu assenjati għall-klassijiet tal-iskoperturi li ġejjin:
(ii)
skoperturi fuq self speċjalizzat;
(iii)
riċevibbli mixtrija korporattivi;
(d)
skoperturi fil-livell tal-konsumatur, li għandhom jiġu assenjati għall-klassijiet tal-iskoperturi li ġejjin:
(i)
skoperturi fil-livell tal-konsumatur rotanti kwalifikanti (“QRREs”);
(ii)
skoperturi fil-livell tal-konsumatur iggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali;
(iii)
riċevibbli mixtrijin fil-livell tal-konsumatur;
(iv)
skoperturi oħra fil-livell tal-konsumatur;
(ea)
skoperturi fil-forma ta' unitajiet jew ta' ishma f'CIU;
(f)
elementi li jirrappreżentaw pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni;
(g)
assi oħrajn b'obbligi mhux ta' kreditu.
|
|
Artikolu 147 3.
|
L-iskoperturi li ġejjin għandhom jiġu assenjati lill-klassi stabbilita fil-punt (a) tal-paragrafu 2:
▼M17 —————
▼B
(b)
skoperturi għal banek multilaterali tal-iżvilupp imsemmija fl-Artikolu 117(2);
(c)
skoperturi għal Organizzazzjonijiet Internazzjonali li jattiraw piż tar-riskju ta’ 0 % skont l-Artikolu 118.
|
|
Artikolu 147 3a.
|
B'deroga mill-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-iskoperturi għal gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku għandhom jiġu assenjati għall-klassi tal-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a), ta' dan l-Artikolu meta dawk l-iskoperturi jiġu ttrattati bħala skoperturi għal gvernijiet ċentrali f'konformità mal-Artikolu 115 jew 116.
|
|
Artikolu 147 4.
|
L-iskoperturi li ġejjin għandhom jiġu assenjati fil-klassi stabbilita fil-punt (b) tal-paragrafu 2:
▼M17 —————
▼B
(c)
skoperturi għal banek multilaterali tal-iżvilupp li ma jiġux assenjati piż tar-riskju ta’ 0 % skont l-Artikolu 117; u
(d)
skoperturi għal istituzzjonijiet finanzjarji li jkunu ttrattati bħala skoperturi għall-istituzzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 119(5).
|
|
Artikolu 147 5.
|
Biex ikunu eliġibbli għall-klassi ta’ skopertura fil-livell tal-konsumatur stabbilita fil-punt (d) tal-paragrafu 2, l-iskoperturi għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:
(a)
għandhom ikunu jappartjenu għal waħda minn dawn li ġejjin:
(i)
skoperturi għal persuna fiżika waħda jew aktar;
▼M17
(ii)
skoperturi għal SME, dment li f'dak il-każ l-ammont totali dovut lill-istituzzjoni u lill-impriżi prinċipali u lis-sussidjarji tagħha, inkluż kwalunkwe skopertura f'inadempjenza, mill-klijent debitur jew mill-grupp debitur ta' klijenti konnessi, iżda esklużi skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali, sal-valur tal-proprjetà, sa fejn tkun taf l-istituzzjoni, li għandha tieħu passi raġonevoli sabiex tivverifika l-ammont ta' dik l-iskopertura, ma jaqbiżx il-EUR 1 miljun;
(iii)
skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali, inkluż l-ewwel irhna u dawk sussegwenti, self b'terminu, linji ta' kreditu rotanti ta' ekwità ta' dar, u skoperturi kif imsemmi fl-Artikolu 108(4) u (5), irrispettivament mid-daqs tal-iskopertura, sakemm l-iskopertura ma tkunx waħda minn dawn li ġejjin:
(1)
skopertura għal persuna fiżika;
(2)
skopertura għal assoċjazzjonijiet jew għal kooperattivi ta' individwi rregolati skont il-liġi nazzjonali u li jeżistu bl-għan uniku li joffru lill-membri tagħhom l-użu ta' residenza primarja fil-proprjetà li tiggarantixxi s-self;
▼B
(b)
ikunu ttrattati mill-istituzzjoni fil-ġestjoni tar-riskju tagħha b’mod konsistenti maż-żmien u b’mod simili;
▼M17
(c)
mhumiex immaniġġati biss fuq bażi individwali bħala skoperturi fil-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (c)(i), (ii) jew (iii);
▼B
(d)
kull waħda tirrappreżenta waħda minn għadd sinifikanti ta’ skoperturi mmaniġġjati b’mod simili.
Minbarra l-iskoperturi elenkati fl-ewwel subparagrafu, il-valur preżenti tal-pagamenti tal-kiri minimi fil-livell tal-konsumatur għandu jiġi inkluż fil-klassi ta’ skopertura fil-livell tal-konsumatur. Skoperturi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a)(iii), il-punti (b), (c) u (d), ta' dan il-paragrafu għandhom jiġu assenjati għall-klassi tal-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (d)(ii). B'deroga mit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeskludu mill-klassi tal-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (d)(ii), self lil persuni fiżiċi li jkunu ipotekaw aktar minn erba' proprjetajiet immobbli jew unitajiet ta' abitazzjoni, inkluż is-self lill-persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 108(4), u jassenjaw dak is-self lil waħda mill-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (c)(i), (ii) jew (iii).
|
|
Artikolu 147 5a.
|
Skoperturi fil-livell tal-konsumatur li jappartjenu għal tip ta' skoperturi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin għandhom jiġu assenjati għall-klassi tal-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (d)(i):
(a)
l-iskoperturi ta' dak it-tip ta' skoperturi jkunu għal persuna fiżika waħda jew aktar;
(b)
l-iskoperturi ta' dak it-tip ta' skoperturi jkunu rotanti, mhux iggarantiti, u sa fejn ma jkunux prelevati immedjatament u mingħajr kundizzjonijiet, kanċellabbli mill-istituzzjoni;
(c)
l-iskopertura massima f'dak it-tip ta' skopertura għal persuna fiżika waħda tkun ta' EUR 100 000 jew inqas;
(d)
dak it-tip ta' skoperturi jkun wera volatilità baxxa tar-rati ta' telf, meta mqabbel mal-livell medju tar-rati ta' telf tiegħu, speċjalment fil-meded baxxi ta' PD;
(e)
it-trattament ta' skoperturi assenjati għal dak it-tip ta' skoperturi bħala skopertura fil-livell tal-konsumatur rotanti kwalifikanti huwa konsistenti mal-karatteristiċi tar-riskju sottostanti ta' dak it-tip ta' skoperturi.
Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ir-rekwiżit ta' nuqqas ta' garanzija ma għandux japplika fir-rigward ta' faċilitajiet ta' kreditu kollateralizzati marbutin ma' kont tal-paga. F'dak il-każ, l-ammonti rkuprati mill-kollateral ma għandhomx jitqiesu fl-istimi tal-LGD. L-istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw fil-klassi tal-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (d)(i) l-iskoperturi ta' tranżatturi (“tranżatturi tal-QRRE”) u l-iskoperturi li mhumiex skoperturi ta' tranżatturi (“rotaturi tal-QRRE”). B'mod partikolari, QRREs b'inqas minn 12-il xahar ta' storja ta' ripagamenti għandhom jiġu identifikati bħala rotaturi tal-QRRE.
|
|
Artikolu 147 6.
|
Sakemm ma jkunux assenjati għall-klassi tal-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (ea) ta' dan l-Artikolu, l-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 133(1) għandhom jiġu assenjati għall-klassi tal-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (e) ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 147 7.
|
Kwalunkwe obbligazzjoni ta' kreditu mhux assenjat lill-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a), il-punt (aa)(i) u (ii), il-punt (b), il-punt (d)(i), (ii), (iii) jew (iv), il punt (e), (ea) jew (f), għandu jiġi assenjat għal waħda mill-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fil-punt (c)(i), (ii) jew (iii) ta' dak il-paragrafu.
|
|
Artikolu 147 8.
|
Fil-klassi ta’ skopertura korporattiva stabbilita fil-punt (c) tal-paragrafu 2, l-istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw separatament bħala skoperturi speċjalizzati ta’ għoti ta’ self, skoperturi li jkollhom il-karatteristiċi li ġejjin:
(a)
l-iskopertura tkun għal entità li nħolqot speċifikament biex tiffinanzja jew topera assi fiżiċi jew tkun skopertura ekonomikament komparabbli;
(b)
l-arranġamenti kuntrattwali jagħtu lill-mutwanti grad sostanzjali ta’ kontroll fuq l-assi u l-introjtu li jiġġeneraw;
(c)
is-sors primarju tar-ripagament tal-obbligu jkun l-introjtu ġġenerat mill-assi li qegħdin jiġu ffinanzjati, aktar milli l-kapaċità indipendenti ta’ impriża kummerċjali usa’.
Dawk l-iskoperturi għandhom jiġu assenjati għall-klassi tal-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (c)(ii), u għandhom jiġu kkategorizzati kif ġej: “finanzjament ta' proġetti” (PF), “finanzjament ta' oġġetti” (OF), “finanzjament ta' komoditajiet” (CF) u “proprjetà immobbli li tipproduċi introjtu” (IPRE).
|
|
Artikolu 147 9.
|
Il-valur residwu ta’ proprjetajiet mikrija għandu jiġi assenjat lill-klassi ta’ skopertura stabbilita fil-punt (g) tal-paragrafu 2, ħlief sal-limitu li l-valur residwu jkun diġà inkluż fl-iskopertura tal-kiri stabbilita fl-Artikolu 166(4).
|
|
Artikolu 147 10.
|
L-iskopertura minħabba l-provvediment ta’ protezzjoni taħt derivat ta’ basket ta’ kreditu tat-tip n-th to default għandha tiġi assenjata għall-istess klassi stabbilita fil-paragrafu 2 li għaliha jkunu assenjati l-iskoperturi fil-basket, ħlief jekk l-iskoperturi individwali fil-basket ikunu assenjati għal diversi klassijiet ta’ skopertura u f’dan il-każ l-iskopertura għandha tkun assenjata għall-klassi ta’ skopertura korporattiva stabbilita fil-punt (c) tal-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 147 11.
|
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:
(a)
il-kategorizzazzjoni għal PF, OF u CF, b'mod konsistenti mad-definizzjonijiet tal-Kapitolu 2;
(b)
id-determinazzjoni tal-kategorija IPRE, b'mod partikolari billi jiġi speċifikat liema skoperturi ADC u skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà immobbli jistgħu jew għandhom jiġu kkategorizzati bħala IPRE.
L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2026. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 147 12.
|
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar il-kundizzjonijiet u l-kriterji għall-assenjazzjoni ta' skoperturi għall-klassijiet imsemmija fil-paragrafu 2 u, fejn meħtieġ, biex tispeċifika aktar dawk il-klassijiet tal-iskoperturi. L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2027. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|