+Artikolu 148 2.
|
Artikolu 148 2.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il-perjodu li matulu istituzzjoni u kwalunkwe impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha għandhom ikunu meħtieġa jimplimentaw l-Approċċ IRB għall-iskoperturi kollha f'ċerta klassi tal-iskoperturi fit-tipi differenti ta' skoperturi fl-istess unità tan-negozju u f'unitajiet tan-negozju differenti fl-istess grupp, jew għall-użu tal-istimi proprji tal-LGD jew għall-użu tal-IRB-CCF. Dak il-perjodu għandu jkun wieħed li l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw li jkun adatt fuq il-bażi tan-natura u tal-iskala tal-attivitajiet tal-istituzzjoni kkonċernata, jew ta' kwalunkwe impriża prinċipali u tas-sussidjarji tagħha, u tan-numru u tan-natura tas-sistemi ta' klassifikazzjoni li jkunu ser jiġu implimentati.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|