+Artikolu 148 Kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Approċċ IRB fi klassijiet differenti ta’ skoperturi u unitajiet kummerċjali
---+Artikolu 148 1.
---+Artikolu 148 2.
---+Artikolu 148 3.
|
Artikolu 148 Kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Approċċ IRB fi klassijiet differenti ta’ skoperturi u unitajiet kummerċjali
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 148 1.
|
Istituzzjoni li hija permessa tapplika l-approċċ IRB f'konformità mal-Artikolu 107(1) għandha, flimkien ma' kwalunkwe impriża prinċipali u mas-sussidjarji tagħha, timplimenta l-Approċċ IRB għal tal-inqas waħda mill-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 147(2), il-punt (a), il-punt (aa)(i) jew (ii), il-punt (b), il-punt (c)(i), (ii) jew (iii), il-punt (d)(i), (ii), (iii) jew (iv), jew il-punt (g). Ladarba istituzzjoni tkun implimentat l-Approċċ IRB għal ċertu tip ta' skoperturi fi klassi tal-iskoperturi, hija għandha tagħmel dan għall-iskoperturi kollha f'dik il-klassi tal-iskoperturi, sakemm ma tkunx irċeviet il-permess tal-awtorità kompetenti biex tuża l-Approċċ Standardizzat b'mod permanenti f'konformità mal-Artikolu 150. Soġġett għall-permess minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti, l-implimentazzjoni tal-Approċċ IRB tista' ssir sekwenzjalment fit-tipi differenti ta' skoperturi f'ċerta klassi tal-iskoperturi fl-istess unità tan-negozju u f'unitajiet tan-negozju differenti fl-istess grupp, jew għall-użu ta' stimi proprji tal-LGD jew għall-użu tal-IRB-CCF.
|
|
Artikolu 148 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il-perjodu li matulu istituzzjoni u kwalunkwe impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha għandhom ikunu meħtieġa jimplimentaw l-Approċċ IRB għall-iskoperturi kollha f'ċerta klassi tal-iskoperturi fit-tipi differenti ta' skoperturi fl-istess unità tan-negozju u f'unitajiet tan-negozju differenti fl-istess grupp, jew għall-użu tal-istimi proprji tal-LGD jew għall-użu tal-IRB-CCF. Dak il-perjodu għandu jkun wieħed li l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw li jkun adatt fuq il-bażi tan-natura u tal-iskala tal-attivitajiet tal-istituzzjoni kkonċernata, jew ta' kwalunkwe impriża prinċipali u tas-sussidjarji tagħha, u tan-numru u tan-natura tas-sistemi ta' klassifikazzjoni li jkunu ser jiġu implimentati.
|
|
Artikolu 148 3.
|
L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu l-implimentazzjoni tal-Approċċ IRB f'konformità mal-kundizzjonijiet determinati mill-awtoritajiet kompetenti. L-awtorità kompetenti għandha tfassal dawk il-kundizzjonijiet b'mod li jiżguraw li l-flessibbiltà skont il-paragrafu 1 ma tintużax b'mod selettiv għall-fini tal-kisba ta' rekwiżiti tal-fondi proprji mnaqqsa fir-rigward ta' dawk it-tipi ta' skoperturi jew l-unitajiet kummerċjali li jkunu għadhom iridu jiġu inklużi fl-Approċċ IRB jew fl-użu tal-istimi proprji tal-LGD jew fl-użu tal-IRB-CCF.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|