+Artikolu 164 6.

Artikolu 164 6.

Abbażi tad-data miġbura skont l-Artikolu 430a u ta' kwalunkwe indikatur rilevanti ieħor, u filwaqt li tqis l-iżviluppi prospettivi tas-suq tal-proprjetà immobbli, l-awtorità maħturaf'konformità mal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu għandha perjodikament, u mill-inqas b'mod annwali, tivvaluta jekk il-valuri minimi tal-input tal-LGD imsemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu humiex adatti għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur iggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali jew skoperturi oħra fil-livell tal-konsumatur iggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali jew proprjetà immobbli kummerċjali li jinsabu f'parti waħda jew aktar mit-territorju tal-Istat Membru ta’ dik l-awtorità.

Meta, abbażi tal-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtorità maħtura f'konformità mal-paragrafu 5 tikkonkludi li l-valuri minimi tal-input tal-LGD imsemmija fil-paragrafu 4 mhumiex adegwati, u jekk tqis li l-inadegwatezza tal-valuri minimi tal-input tal-LGD tista' taffettwa b'mod negattiv l-istabbiltà finanzjarja attwali jew futura fl-Istat Membru tagħha, din tista' tiffissa valuri minimi tal-input tal-LGD ogħla għal dawk l-iskoperturi li jkunu jinsabu f'parti waħda jew aktar mit-territorju tal-Istat Membru ta’ dik l-awtorità. Dawk il-valuri minimi tal-input tal-LGD ogħla jistgħu jiġu applikati wkoll fil-livell ta' segment wieħed jew aktar ta' proprjetà ta' tali skoperturi.

L-awtorità maħtura f'konformità mal-paragrafu 5 għandha tinnotifika lill-EBA u lill-BERS qabel tieħu d-deċiżjoni msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Fi żmien xahar minn meta jirċievu dik in-notifika, l-EBA u l-BERS għandhom jagħtu l-opinjoni tagħhom lill-Istat Membru kkonċernat. L-EBA u l-BERS għandhom jippubblikaw l-ogħla valuri minimi tal-input tal-LGD imsemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit