+Artikolu 164 Telf fil-każ ta’ inadempjenza (LGD)
---+Artikolu 164 1.
---+Artikolu 164 2.
---+Artikolu 164 4.
---+Artikolu 164 4a.
---+Artikolu 164 5.
---+Artikolu 164 6.
---+Artikolu 164 7.
---+Artikolu 164 8.
---+Artikolu 164 9.
---+Artikolu 164 10.

Artikolu 164 Telf fil-każ ta’ inadempjenza (LGD)

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 164 1.
L-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu l-istimi proprji tal-LGD soġġett għar-rekwiżiti speċifikati fit-Taqsima 6 ta' dan il-Kapitolu u għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti mogħti f'konformità mal-Artikolu 143. Għar-riskju ta' dilwizzjoni ta' riċevibbli mixtrija, għandu jintuża valur tal-LGD ta' 100 %. Meta istituzzjoni tkun tista' tiddekomponi l-istimi tat-telf mistenni tagħha għar-riskju ta' dilwizzjoni tar-riċevibbli mixtrija f'PDs u f'LGDs b'mod affidabbli, l-istituzzjoni tista' tuża l-istimi proprji tagħha tal-LGD.
Artikolu 164 2.
L-istituzzjonijiet li jużaw l-istimi proprji tal-LGD skont l-Artikolu 143 għal skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni jistgħu jirrikonoxxu l-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata fl-LGD f'konformità mal-Artikolu 183.
Artikolu 164 4.

Għall-fini uniku tal-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u tal-ammonti ta' telf mistenni għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur, u b'mod partikolari skont l-Artikolu 154(1), il-punt (ii), l-Artikolu 157, u l-Artikolu 158(1), (5) u (10), il-valuri tal-LGD għal kull skopertura li tintuża bħala input tal-formuli tal-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju u tat-telf mistenni ma għandhomx ikunu inqas mill-valuri minimi tal-input tal-LGD stabbiliti fit-Tabella 1, ikkalkulati f'konformità mal-paragrafu 4a ta' dan l-Artikolu:



Tabella 1

Minimi tal-input tal-LGD (LGDfloor) għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur

Skopertura mingħajr FCP (LGDU-floor)

Skopertura ggarantita permezz ta' FCP (LGDS-floor)

Skopertura fil-livell tal-konsumatur iggarantita permezz ta' proprjetà residenzjali

M/A

Skopertura fil-livell tal-konsumatur iggarantita permezz ta' proprjetà residenzjali

5 %

QRRE

50 %

QRRE

M/A

Skopertura oħra fil-livell tal-konsumatur

30 %

Skopertura oħra fil-livell tal-konsumatur iggarantita permezz ta' kollateral finanzjarju

0 %

Skopertura oħra fil-livell tal-konsumatur iggarantita permezz ta' riċevibbli

10 %

Skopertura oħra fil-livell tal-konsumatur iggarantita permezz ta' proprjetà immobbli residenzjali jew kummerċjali

10 %

Skopertura oħra fil-livell tal-konsumatur iggarantita permezz ta' kollateral fiżiku ieħor

15 %

Artikolu 164 4a.

Għall-finijiet tal-paragrafu 4, għandu japplika dan li ġej:

a) 

il-minimi tal-input tal-LGD fil-paragrafu 4, it-Tabella 1 għandhom ikunu applikabbli għal skoperturi ggarantiti permezz ta' protezzjoni ta' kreditu ffinanzjata meta l-protezzjoni ta' kreditu ffinanzjata tkun eliġibbli skont dan il-Kapitolu;

(b) 

ħlief għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur iggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali, il-minimi tal-input tal-LGD fil-paragrafu 4, it-Tabella 1, ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu applikabbli għal skoperturi ggarantiti bis-sħiħ permezz ta' protezzjoni ta' kreditu ffinanzjata meta l-valur tal-FCP, wara l-applikazzjoni tal-aġġustamenti għall-volatilità rilevanti f'konformità mal-Artikolu 230, ikun daqs jew akbar mill-valur tal-iskopertura tal-iskopertura sottostanti; għall-fini tal-applikazzjoni tal-aġġustamenti relatati rilevanti, Hc u Hfx, f'konformità mal-Artikolu 230, il-protezzjoni ta' kreditu ffinanzjata għandha tkun eliġibbli skont dan il-Kapitolu;

(c) 

ħlief għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur iggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali, il-minimu applikabbli tal-input tal-LGD għal skopertura parzjalment iggarantita permezz ta' protezzjoni ta' kreditu ffinanzjata jiġi kkalkulat f'konformità mal-formula stabbilita fl-Artikolu 161(6);

(d) 

għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur iggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali, il-minimu applikabbli tal-input tal-LGD għandu jiġi ffissat għal 5 % irrispettivament mil-livell ta' kollateral ipprovdut mill-proprjetà residenzjali.

Artikolu 164 5.
L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw awtorità li tkun responsabbli għall-applikazzjoni tal-paragrafu 6. Dik l-awtorità għandha tkun l-awtorità kompetenti jew l-awtorità deżinjata.

Fejn l-awtorità deżinjata minn Stat Membru għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu hija l-awtorità kompetenti, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-korpi u l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti li jkollhom mandat makroprudenzjali jiġu infurmati kif dovut bl-intenzjoni tal-awtorità kompetenti li tagħmel użu minn dan l-Artikolu, u jiġu involuti kif jixraq fil-valutazzjoni ta' tħassib ta' stabbiltà finanzjarja fl-Istat Membru tagħha f'konformità mal-paragrafu 6.

Fejn l-awtorità deżinjata mill-Istat Membru għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu hija differenti mill-awtorità kompetenti, l-Istati Membru għandu jadottaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jiżguraw koordinazzjoni u skambju ta' informazzjoni xierqa bejn l-awtorità kompetenti u l-awtorità deżinjata għall-applikazzjoni xierqa ta' dan l-Artikolu. B'mod partikolari, l-awtoritajiet għandhom jintalbu jikkooperaw mill-qrib u li jikkondividu l-informazzjoni kollha li tista' tkun neċessarja għall-prestazzjoni xierqa tad-dmirijiet imposti fuq l-awtorità deżinjata skont dan l-Artikolu. Dik il-kooperazzjoni għandha timmira li tevita kwalunkwe forma ta' azzjoni duplikata jew inkonsistenti bejn l-awtorità kompetenti u l-awtorità deżinjata, kif ukoll li jkun żgurat li l-interazzjoni ma' miżuri oħra, b'mod partikolari miżuri meħuda skont l-Artikolu 458 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE, titqies kif jixraq.

Artikolu 164 6.
Abbażi tad-data miġbura skont l-Artikolu 430a u ta' kwalunkwe indikatur rilevanti ieħor, u filwaqt li tqis l-iżviluppi prospettivi tas-suq tal-proprjetà immobbli, l-awtorità maħturaf'konformità mal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu għandha perjodikament, u mill-inqas b'mod annwali, tivvaluta jekk il-valuri minimi tal-input tal-LGD imsemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu humiex adatti għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur iggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali jew skoperturi oħra fil-livell tal-konsumatur iggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali jew proprjetà immobbli kummerċjali li jinsabu f'parti waħda jew aktar mit-territorju tal-Istat Membru ta’ dik l-awtorità.

Meta, abbażi tal-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtorità maħtura f'konformità mal-paragrafu 5 tikkonkludi li l-valuri minimi tal-input tal-LGD imsemmija fil-paragrafu 4 mhumiex adegwati, u jekk tqis li l-inadegwatezza tal-valuri minimi tal-input tal-LGD tista' taffettwa b'mod negattiv l-istabbiltà finanzjarja attwali jew futura fl-Istat Membru tagħha, din tista' tiffissa valuri minimi tal-input tal-LGD ogħla għal dawk l-iskoperturi li jkunu jinsabu f'parti waħda jew aktar mit-territorju tal-Istat Membru ta’ dik l-awtorità. Dawk il-valuri minimi tal-input tal-LGD ogħla jistgħu jiġu applikati wkoll fil-livell ta' segment wieħed jew aktar ta' proprjetà ta' tali skoperturi.

L-awtorità maħtura f'konformità mal-paragrafu 5 għandha tinnotifika lill-EBA u lill-BERS qabel tieħu d-deċiżjoni msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Fi żmien xahar minn meta jirċievu dik in-notifika, l-EBA u l-BERS għandhom jagħtu l-opinjoni tagħhom lill-Istat Membru kkonċernat. L-EBA u l-BERS għandhom jippubblikaw l-ogħla valuri minimi tal-input tal-LGD imsemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

Artikolu 164 7.
Meta l-awtorità maħtura f'konformità mal-paragrafu 5 tistabbilixxi valuri minimi tal-input tal-LGD ogħla skont il-paragrafu 6, l-istituzzjonijiet għandu jkollhom perjodu tranżitorju ta' sitt xhur biex japplikawhom.
Artikolu 164 8.
L-ABE, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-BERS, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kondizzjonijiet li l-awtorità deżinjata skont il-paragrafu 5 għandha tqis meta ssir il-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-valuri tal-LGD bħala parti mill-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 6.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2019.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta lil dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 164 9.

Il-BERS jista', permezz ta' rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-ABE, jagħti gwida lill-awtoritajiet deżinjati skont il-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu dwar dan li ġej:

(a) 

liema fatturi jista' jkollhom “effett negattiv fuq l-istabbiltà finanzjarja attwali jew futura” msemmija fil-paragrafu 6; u

(b) 

punti ta' riferiment indikattivi li l-awtorità deżinjata skont il-paragrafu 5 għandha tqis meta tiddetermina valuri minimi tal-LGD ogħla.

Artikolu 164 10.
L-istituzzjonijiet ta' Stat Membru wieħed għandhom japplikaw il-valuri minimi tal-LGD ogħla li jkunu ġew determinati mill-awtoritajiet ta' Stat Membru ieħor skont il-paragrafu 6 għall-iskoperturi korrispondenti kollha tagħhom garantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà residenzjali jew proprjetà immobbli kummerċjali li jinsabu f'parti jew aktar ta' dak l-Istat Membru.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit