|
+Artikolu 171 1. |
Artikolu 171 1.Istituzzjoni għandu jkollha definizzjonijiet, proċessi u kriterji speċifiċi għall-assenjazzjoni ta’ skoperturi fi gradi jew aggregazzjonijiet f’sistema ta’ klassifikazzjoni li jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
id-definizzjonijiet tal-grad jew tal-aggregazzjoni u l-kriterji għandhom ikunu dettaljati biżżejjed sabiex jippermettu lil dawk inkarigati mill-assenjazzjoni tal-klassifikazzjoni sabiex konsistentement jassenjaw debituri u faċilitajiet li huma ta’ riskju simili fl-istess grad jew aggregat. Din il-konsistenza għandha teżisti fil-linji tan-negozju, id-dipartimenti u l-postijiet ġeografiċi kollha;
(b)
id-dokumentazzjoni tal-proċess ta’ klassifikazzjoni għandu jippermetti lil partijiet terzi jifhmu l-assenjazzjonijiet tal-iskoperturi fi gradi jew aggregazzjonijiet, jirreplikaw l-assenjazzjonijiet fi gradi jew aggregati u sabiex jevalwaw l-idonjetà tal-assenjazzjonijiet fil-grad jew aggregat;
(c)
il-kriterji għandhom ikunu konsistenti wkoll mal-istandards interni tal-għoti ta’ self tal-istituzzjoni u l-politiki tagħha għall-ġestjoni ta’ debituri u faċilitajiet f’diffikultà. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|