+Artikolu 171 Assenjazzjoni fi gradi jew aggregazzjonijiet
---+Artikolu 171 1.
---+Artikolu 171 2.
---+Artikolu 171 3.
|
Artikolu 171 Assenjazzjoni fi gradi jew aggregazzjonijiet
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 171 1.
|
Istituzzjoni għandu jkollha definizzjonijiet, proċessi u kriterji speċifiċi għall-assenjazzjoni ta’ skoperturi fi gradi jew aggregazzjonijiet f’sistema ta’ klassifikazzjoni li jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
id-definizzjonijiet tal-grad jew tal-aggregazzjoni u l-kriterji għandhom ikunu dettaljati biżżejjed sabiex jippermettu lil dawk inkarigati mill-assenjazzjoni tal-klassifikazzjoni sabiex konsistentement jassenjaw debituri u faċilitajiet li huma ta’ riskju simili fl-istess grad jew aggregat. Din il-konsistenza għandha teżisti fil-linji tan-negozju, id-dipartimenti u l-postijiet ġeografiċi kollha;
(b)
id-dokumentazzjoni tal-proċess ta’ klassifikazzjoni għandu jippermetti lil partijiet terzi jifhmu l-assenjazzjonijiet tal-iskoperturi fi gradi jew aggregazzjonijiet, jirreplikaw l-assenjazzjonijiet fi gradi jew aggregati u sabiex jevalwaw l-idonjetà tal-assenjazzjonijiet fil-grad jew aggregat;
(c)
il-kriterji għandhom ikunu konsistenti wkoll mal-istandards interni tal-għoti ta’ self tal-istituzzjoni u l-politiki tagħha għall-ġestjoni ta’ debituri u faċilitajiet f’diffikultà.
|
|
Artikolu 171 2.
|
Istituzzjoni għandha tqis l-informazzjoni kollha meta tassenja debituri u faċilitajiet fi gradi jew aggregazzjonijiet. L-informazzjoni għandha tkun attwali u għandha tippermetti lill-istituzzjoni tbassar il-prestazzjoni tal-iskopertura fil-ġejjieni. Inqas ma l-istituzzjoni jkollha informazzjoni, aktar għandha tkun konservattiva fl-assenjazzjonijiet tagħha tal-iskoperturi ta’ debituri jew faċilitajiet fi gradi jew aggregazzjonijiet. Jekk istituzzjoni tuża klassifikazzjoni esterna bħala fattur primarju li jiddetermina l-assenjazzjoni ta’ klassifikazzjoni interna, l-istituzzjoni għandha tiżgura li tikkunsidra informazzjoni rilevanti oħra.
|
|
Artikolu 171 3.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jużaw perjodu ta' żmien itwal minn sena fl-assenjazzjoni tal-klassifikazzjonijiet. Klassifikazzjoni ta' debitur għandha tirrappreżenta l-valutazzjoni tal-istituzzjoni tal-kapaċità u r-rieda tad-debitur li jonora kuntrattwalment minkejja kundizzjonijiet ekonomiċi avversi jew l-okkorrenza ta' avvenimenti mhux mistennija. Is-sistemi ta' klassifikazzjoni għandhom ikunu mfassla b'tali mod li bidliet idjosinkratiċi, fejn dawn ikunu motivaturi materjali tar-riskju għat-tip ta' skopertura, bidliet speċifiċi għall-industrija jkunu motivatur għal migrazzjonijiet minn grad għal ieħor jew minn aggregazzjoni għal oħra. L-effetti taċ-ċiklu tan-negozju jistgħu wkoll ikunu motivatur għal migrazzjonijiet.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|