|
+Artikolu 201 1. |
Artikolu 201 1.L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-partijiet li ġejjin bħala fornituri eliġibbli tal-protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu:
(a)
gvernijiet ċentrali u banek ċentrali;
(b)
gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali;
(c)
banek multilaterali tal-iżvilupp;
(d)
organizzazzjonijiet internazzjonali li għalihom huwa assenjat piż tar-riskju ta' 0 % f'konformità mal-Artikolu 118;
(e)
entitajiet tas-settur pubbliku, meta l-krediti fir-rigward tagħhom jiġu trattati skont l-Artikolu 116;
(f)
istituzzjonijiet, u istituzzjonijiet finanzjarji li għalihom l-iskoperturi għall-istituzzjoni finanzjarja huma ttrattati bħala skoperturi għal istituzzjonijiet skont l-Artikolu 119(5);
(fa)
entitajiet regolati tas-settur finanzjarju;
(g)
meta l-protezzjoni tal-kreditu ma tkunx ipprovduta għal skopertura ta' titolizzazzjoni, impriżi oħrajn, li jkollhom valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata, inkluż impriżi prinċipali, sussidjarji jew entitajiet affiljati tad-debitur meta skopertura diretta għal dawk l-impriżi prinċipali, is-sussidjarji jew l-entitajiet affiljati jkollha piż tar-riskju aktar baxx mill-iskopertura għad-debitur;
(h)
kontropartijiet ċentrali li jikkwalifikaw. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (fa), ta’ dan l-Artikolu, “entità regolata tas-settur finanzjarju” tfisser entità tas-settur finanzjarju li tissodisfa l-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 142(1), il-punt (4)(b). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|