|
+Artikolu 222 7. |
Artikolu 222 7.Għall-finijiet tal-paragrafi 5 u 6 it-titoli ta’ dejn maħruġa mill-gvernijiet ċentrali jew mill-banek ċentrali għandhom jinkludu:
(a)
titoli ta’ dejn maħruġa minn gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali li l-iskoperturi għalihom huma ttrattati bħala skoperturi lejn il-gvern ċentrali li fil-ġurisdizzjoni tiegħu huma stabbiliti skont l-Artikolu 115;
(b)
titoli ta’ dejn maħruġa minn banek ta’ żvilupp multilaterali li huma assenjati piż tar-riskju ta’ 0 % skont jew permezz tal-Artikolu 117(2);
(c)
titoli ta’ dejn maħruġa minn organizzazzjonijiet internazzjonali li huma assenjati piż tar-riskju ta’ 0 % skont l-Artikolu 118;
(d)
titoli ta’ dejn maħruġa minn entitajiet tas-settur pubbliku li huma ttrattati bħala skoperturi għall-gvernijiet ċentrali skont l-Artikolu 116(4). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|