|
+Artikolu 224 2. |
Artikolu 224 2.Il-kalkolu ta’ aġġustamenti għall-volatilità skont il-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
għal transazzjonijiet ta’ għoti ta’ self il-perijodu ta’ likwidazzjoni għandu jkun ta’ 20 jum ta’ xogħol;
(b)
għal transazzjonijiet ta’ riakkwist, għajr fejn transazzjonijiet jinvolvu t-trasferimenti ta’ prodotti jew drittijiet iggarantiti relatati mat-titolu għal prodotti, u transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli, il-perijodu ta’ likwidazzjoni għandu jkun ta’ 5 ijiem ta’ xogħol;
(c)
għal transazzjonijiet oħrajn immotivati mis-swieq kapitali, il-perijodu ta’ likwidazzjoni għandu jkun ta’ 10 ijiem ta’ xogħol. Fejn istituzzjoni jkollha transazzjoni jew sett ta’ netting li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 285(2) (3) u (4), il-perijodu minimu ta’ żamma għandu jinġieb konformi mal-perijodu b’riskju ta’ marġni li jkun japplika skont dawk il-paragrafi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|