|
+Artikolu 250 2. |
Artikolu 250 2.Tranżazzjoni ma għandhiex titqies bħala appoġġ għall-finijiet tal-paragrafu 1 meta t-tranżazzjoni tkun ġiet debitament ikkunsidrata fil-valutazzjoni ta’ trasferiment ta’ riskju tal-kreditu sinifikanti u meta ż-żewġ partijiet ikunu esegwew it-tranżazzjoni billi aġixxew fl-interess tagħhom bħala partijiet liberi u indipendenti (f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta). Għal dawn il-finijiet, l-istituzzjoni għandha twettaq reviżjoni kreditizja sħiħa tat-tranżazzjoni u, bħala minimu, tieħu f’kunsiderazzjoni l-fatturi kollha li ġejjin:
(a)
il-prezz tar-riakkwist;
(b)
il-pożizzjoni tal-kapital u tal-likwidità tal-istituzzjoni qabel u wara r-riakkwist;
(c)
il-prestazzjoni tal-iskoperturi sottostanti;
(d)
il-prestazzjoni tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni;
(e)
l-impatt tal-appoġġ fuq it-telf li mistenni li jġarrab l-oriġinatur b’mod relattiv għall-investituri. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|