Artikolu 255 5.
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw il-KIRB separatament għar-riskju ta’ dilwizzjoni fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti ta’ titolizzazzjoni fejn ir-riskju ta’ dilwizzjoni jkun materjali għal tali skoperturi. Meta t-telf mir-riskji ta’ dilwizzjoni u ta’ kreditu jiġi ttrattat b’mod aggregat fit-titolizzazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jikkombinaw il-KIRB rispettiva għar-riskju ta’ dilwizzjoni u għar-riskju tal-kreditu f’KIRB waħda għall-finijiet tas-Subtaqsima 3. Il-preżenza ta’ fond ta’ riżerva waħdieni jew ta’ sovrakollateralizzazzjoni disponibbli sabiex jiġi kopert it-telf minn riskju tal-kreditu jew ta’ dilwizzjoni tista’ titqies bħala indikazzjoni li dawn ir-riskji huma ttrattati b’mod aggregat. Meta r-riskju ta’ dilwizzjoni u r-riskju tal-kreditu ma jiġux ittrattati b’mod aggregat fit-titolizzazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jimmodifikaw it-trattament stabbilit fit-tieni subparagrafu preċedenti sabiex jikkombinaw il-KIRB rispettiva għar-riskju ta’ dilwizzjoni u ta’ kreditu b’mod prudenti.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|