|
+Artikolu 270 2. |
Artikolu 270 2.L-EBA għandha timmonitorja l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 b’mod partikolari fir-rigward ta’:
(a)
il-volum tas-suq u s-sehem mis-suq tat-titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ li fir-rigward tagħhom l-istituzzjoni oriġinatriċi tapplika l-paragrafu 1, fil-klassijiet differenti ta’ assi;
(b)
l-allokazzjoni ta’ telf osservata għas-segment superjuri u għal segmenti oħra ta’ titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ, meta l-istituzzjoni oriġinatriċi tapplika l-paragrafu 1 fir-rigward tal-pożizzjoni superjuri miżmuma f’tali titolizzazzjonijiet;
(c)
l-impatt tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1 fuq l-ingranaġġ finanzjarju tal-istituzzjonijiet;
(d)
l-impatt tal-użu ta’ titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ li fir-rigward tagħhom l-istituzzjoni oriġinatriċi tapplika l-paragrafu 1 dwar il-ħruġ ta’ strumenti kapitali mill-istituzzjonijiet oriġinaturi rispettivi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|