|
+Artikolu 270d 2. |
Artikolu 270d 2.L-istituzzjoni għandha tuża l-valutazzjonijiet ta’ kreditu tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni tagħha b’mod konsistenti u b’mod mhux selettiv u, għal dawn il-finijiet, għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
istituzzjoni ma għandhiex tuża l-valutazzjonijiet ta’ kreditu ta’ ECAI għall-pożizzjonijiet tagħha f’xi segmenti u l-valutazzjonijiet ta’ kreditu ta’ ECAI oħra għall-pożizzjonijiet tagħha f’segmenti oħrajn fl-istess titolizzazzjoni li jistgħu jkunu jew ma jkunux ikklassifikati mill-ewwel ECAI;
(b)
meta pożizzjoni jkollha żewġ valutazzjonijiet ta’ kreditu mill-ECAIs innominati, l-istituzzjoni għandha tuża dik il-valutazzjoni ta’ kreditu li hija l-inqas favorevoli;
(c)
meta pożizzjoni jkollha tliet valutazzjonijiet ta’ kreditu jew aktar minn ECAIs innominati, għandhom jintużaw l-aktar żewġ valutazzjonijiet ta’ kreditu favorevoli. Meta l-aktar żewġ valutazzjonijiet favorevoli jkunu differenti, għandha tintuża l-inqas waħda favorevoli mit-tnejn;
(d)
istituzzjoni ma għandhiex tissolleċita b’mod attiv it-tneħħija ta’ klassifikazzjonijiet inqas favorevoli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|