+Artikolu 270d Użu ta’ valutazzjonijiet ta’ kreditu
---+Artikolu 270d 1.
---+Artikolu 270d 2.
---+Artikolu 270d 3.
---+Artikolu 270d 4.
|
Artikolu 270d Użu ta’ valutazzjonijiet ta’ kreditu
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 270d 1.
|
Istituzzjoni tista’ tiddeċiedi li tinnomina ECAI waħda jew aktar li l-valutazzjonijiet ta’ kreditu tagħhom għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi tagħha ponderati għar-riskju skont dan il-Kapitolu (“ECAI nominata”).
|
|
Artikolu 270d 2.
|
L-istituzzjoni għandha tuża l-valutazzjonijiet ta’ kreditu tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni tagħha b’mod konsistenti u b’mod mhux selettiv u, għal dawn il-finijiet, għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
istituzzjoni ma għandhiex tuża l-valutazzjonijiet ta’ kreditu ta’ ECAI għall-pożizzjonijiet tagħha f’xi segmenti u l-valutazzjonijiet ta’ kreditu ta’ ECAI oħra għall-pożizzjonijiet tagħha f’segmenti oħrajn fl-istess titolizzazzjoni li jistgħu jkunu jew ma jkunux ikklassifikati mill-ewwel ECAI;
(b)
meta pożizzjoni jkollha żewġ valutazzjonijiet ta’ kreditu mill-ECAIs innominati, l-istituzzjoni għandha tuża dik il-valutazzjoni ta’ kreditu li hija l-inqas favorevoli;
(c)
meta pożizzjoni jkollha tliet valutazzjonijiet ta’ kreditu jew aktar minn ECAIs innominati, għandhom jintużaw l-aktar żewġ valutazzjonijiet ta’ kreditu favorevoli. Meta l-aktar żewġ valutazzjonijiet favorevoli jkunu differenti, għandha tintuża l-inqas waħda favorevoli mit-tnejn;
(d)
istituzzjoni ma għandhiex tissolleċita b’mod attiv it-tneħħija ta’ klassifikazzjonijiet inqas favorevoli.
|
|
Artikolu 270d 3.
|
Meta l-iskoperturi li huma l-bażi ta’ titolizzazzjoni jibbenifikaw minn protezzjoni tal-kreditu eliġibbli sħiħa jew parzjali skont il-Kapitolu 4 u l-effett ta’ tali protezzjoni jkun ġie rifless fil-valutazzjoni ta’ kreditu ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni minn ECAI nominata, l-istituzzjoni għandha tuża l-ponderazzjoni tar-riskju assoċjat ma’ dik il-valutazzjoni ta’ kreditu. Meta l-protezzjoni tal-kreditu msemmija f’dan il-paragrafu ma tkunx eliġibbli skont il-Kapitolu 4, il-valutazzjoni ta’ kreditu ma għandhiex tiġi rikonoxxuta u l-pożizzjoni tat-titolizzazzjoni għandha tiġi ttrattata bħala mhux ikklassifikata.
|
|
Artikolu 270d 4.
|
Meta pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni tibbenifika minn protezzjoni ta’ kreditu eliġibbli skont il-Kapitolu 4 u l-effett ta’ tali protezzjoni jkun ġie rifless fil-valutazzjoni ta’ kreditu tagħha minn ECAI nnominata, l-istituzzjoni għandha tittratta l-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni bħallikieku ma kinitx ikklassifikata u tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju skont il-Kapitolu 4.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|