|
+Artikolu 276 1. |
Artikolu 276 1.Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti ta' kollateral ta' VM, VMMA, NICA u NICAMA, billi japplikaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(a)
fejn it-tranżazzjonijiet kollha inklużi f'sett tan-netting jappartjenu għall-portafoll tan-negozjar, għandu jiġi rikonoxxut biss il-kollateral li huwa eliġibbli skont l-Artikoli 197 u 299;
(b)
meta sett tan-netting jinkludi tal-inqas tranżazzjoni waħda li tappartjeni għall-portafoll mhux tan-negozjar, għandu jiġi rikonoxxut biss il-kollateral li huwa eliġibbli skont l-Artikolu 197;
(c)
il-kollateral irċevut minn kontroparti għandu jingħaraf minn sinjal pożittiv u kollateral sottomess lil kontroparti għandu jingħaraf minn sinjal negattiv;
(d)
il-valur aġġustat għall-volatilità ta' kwalunkwe tip ta' kollateral irċevut jew iddepożitat għandu jiġi kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 223;
(e)
l-istess kollateral ma għandux jiġi inkluż kemm fil-VM kif ukoll fl-NICA fl-istess ħin;
(f)
l-istess kollateral ma għandux jiġi inkluż kemm fil-VMMA kif ukoll fl-NICAMA fl-istess ħin;
(g)
kwalunkwe kollateral mogħti lill-kontroparti li huwa segregat mill-assi ta' dik il-kontroparti u, bħala riżultat ta' dik is-segregazzjoni, huwa falliment remot fil-każ ta' inadempjenza jew insolvenza ta' dik il-kontroparti ma għandux jiġi rikonoxxut fil-kalkolu tal-NICA u l-NICAMA. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|