|
+Artikolu 279b 2. |
Artikolu 279b 2.L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont nozzjonali jew in-numru ta' unitajiet tal-istrument sottostanti għall-fini tal-kalkolu tal-ammont nozzjonali aġġustat ta' tranżazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 kif ġej:
(a)
meta l-ammont nozzjonali jew in-numru ta' unitajiet tal-istrument sottostanti ta' tranżazzjoni mhuwiex stipulat sal-maturità kuntrattwali tiegħu:
(i)
għal ammonti nozzjonali deterministiċi u n-numru ta' unitajiet tal-istrument sottostanti, l-ammont nozzjonali għandu jkun il-medja ppeżata tal-valuri deterministiċi kollha tal-ammonti nozzjonali jew in-numru ta' unitajiet tal-istrument sottostanti, kif applikabbli, sal-maturità kuntrattwali tat-tranżazzjoni, fejn il-piżijiet huma l-proporzjon tal-perijodu ta' żmien li matulu japplika kull valur ta' ammont nozzjonali;
(ii)
għal ammonti nozzjonali stokastiċi u n-numri ta' unitajiet tal-istrument sottostanti, l-ammont nozzjonali għandu jkun l-ammont determinat mill-istipular tal-valuri tas-suq kurrenti fil-formula għall-kalkolu tal-valuri futuri tas-suq;
(b)
għal kuntratti b'kambji multipli tal-ammont nozzjonali, l-ammont nozzjonali għandu jkun immultiplikat bin-numru ta' pagamenti li jkun għad fadal isiru skont il-kuntratti;
(c)
għal kuntratti li jipprovdu għal multiplikazzjoni tal-pagamenti tal-fluss ta' flus jew għal multiplikazzjoni tas-sottostanti tal-kuntratt tad-derivattivi, l-ammont nozzjonali għandu jiġi aġġustat minn istituzzjoni biex iqis l-effetti tal-multiplikazzjoni fuq l-istruttura tar-riskju ta' dawn il-kuntratti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|