|
+Artikolu 280d 1. |
Artikolu 280d 1.Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-entitajiet referenzjarji ta' ekwità rilevanti tas-sett tan-netting skont dan li ġej:
(a)
għandu jkun hemm entità referenzjarja ta' ekwità waħda għal kull emittent ta' strument ta' ekwità referenzjarja sottostanti għal tranżazzjoni b'isem wieħed allokata lill-kategorija ta' riskju ta' ekwità; it-tranżazzjonijiet b'isem wieħed għandhom jiġu assenjati lill-istess entità referenzjarja ta' ekwità fil-każ biss meta l-istrument ta' ekwità referenzjarja sottostanti ta' dawk it-tranżazzjonijiet jinħareġ mill-istess emittent;
(b)
għandu jkun hemm entità referenzjarja ta' ekwità waħda għal kull grupp ta' strumenti ta' ekwità referenzjarja jew derivattivi ta' ekwità b'isem wieħed sottostanti għal tranżazzjoni b'ħafna ismijiet allokata lill-kategorija ta' riskju ta' ekwità; it-tranżazzjonijiet b'ħafna ismijiet għandhom jiġu assenjati lill-istess entità referenzjarja ta' ekwità fil-każ biss meta l-grupp ta' strumenti ta' ekwità referenzjarja sottostanti jew derivattivi ta' ekwità b'isem wieħed ta' dawk it-tranżazzjonijiet, kif applikabbli, ikollu l-istess kostitwenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|