+Artikolu 317 8.

Artikolu 317 8.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw is-solidità, ir-robustezza u l-prestazzjoni tas-sistemi u l-infrastruttura tal-IT tagħhom neċessarji biex jinżamm u jiġi aġġornat is-sett ta' data dwar it-telf, b'mod partikolari billi jiġi żgurat dan kollu li ġej:

(a) 

is-sistemi u l-infrastruttura tal-IT tagħhom ikunu solidi u reżiljenti u li s-solidità u r-reżiljenza jkunu jistgħu jiġu mantnuti fuq bażi kontinwa;

(b) 

is-sistemi u l-infrastruttura tal-IT tagħhom huma soġġetti għall-ġestjoni tal-konfigurazzjoni, il-ġestjoni tat-tibdil u l-proċessi tal-ġestjoni tar-rilaxx;

(c) 

meta istituzzjoni testernalizza partijiet mill-manutenzjoni tas-sistema u l-infrastruttura tal-IT tagħha, is-solidità, ir-robustezza u l-prestazzjoni tas-sistema u tal-infrastruttura tal-IT ikunu żgurati billi jiġi kkonfermat tal-anqas dan li ġej:

(i) 

is-sistemi u l-infrastruttura tal-IT tagħha jkunu solidi u reżiljenti u li s-solidità u r-reżiljenza jkunu jistgħu jiġu mantnuti fuq bażi kontinwa;

(ii) 

il-proċess għall-ippjanar, għall-ħolqien, għall-ittestjar u għall-varar tas-sistemi u tal-infrastruttura tal-IT jkunu solidi u xierqa b'referenza għall-immaniġġjar tal-proġett, għall-immaniġġjar tar-riskju, għall-governanza, għall-inġinerija, għall-assigurazzjoni tal-kwalità u għall-ippjanar tat-testijiet, għall-immudellar u għall-iżvilupp tas-sistemi, għall-assigurazzjoni tal-kwalità fl-attivitajiet kollha, inkluż ir-rieżamijiet tal-kodiċi u, fejn xieraq, fil-verifika tal-kodiċi, u fl-ittestjar, inkluż fl-aċċettazzjoni tal-utenti;

(iii) 

is-sistemi u l-infrastruttura tal-IT huma soġġetti għall-ġestjoni tal-konfigurazzjoni, il-ġestjoni tat-tibdil u l-proċessi tal-ġestjoni tar-rilaxx;

(iv) 

il-proċess għall-ippjanar, il-ħolqien, għall-ittestjar u għall-varar tas-sistemi u tal-infrastruttura tal-IT u l-pjanijiet ta' kontinġenza huwa approvat mill-korp maniġerjali jew mill-maniġment superjuri u l-korp maniġerjali u l-maniġment superjuri jiġu infurmati perjodikament dwar il-prestazzjoni tas-sistemi u l-infrastruttura tal-IT.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit