+Artikolu 317 Sett ta'datadwar it-telf
---+Artikolu 317 1.
---+Artikolu 317 2.
---+Artikolu 317 3.
---+Artikolu 317 4.
---+Artikolu 317 5.
---+Artikolu 317 6.
---+Artikolu 317 7.
---+Artikolu 317 8.
---+Artikolu 317 9.
---+Artikolu 317 10.

Artikolu 317 Sett ta'datadwar it-telf

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 317 1.
L-istituzzjonijiet li jikkalkulaw telf annwali mir-riskju operazzjonali f'konformità mal-Artikolu 316(1) għandu jkollhom fis-seħħ arranġamenti, proċessi u mekkaniżmi biex jistabbilixxu u jżommu aġġornat fuq bażi kontinwa sett ta' data dwar it-telf li jiġbor għal kull avveniment ta' riskju operazzjonali rreġistrat l-ammonti ta' telf gross, l-irkupri mhux tal-assigurazzjoni, l-irkupri tal-assigurazzjoni, id-dati ta' referenza u t-telf raggruppat, inkluż dawk minn avvenimenti ta' kondotta ħażina.
Artikolu 317 2.
Is-sett ta' data dwar it-telf tal-istituzzjoni għandu jkopri l-avvenimenti kollha ta' riskju operazzjonali li jirriżultaw mill-entitajiet kollha li huma parti mill-ambitu tal-konsolidazzjoni skont il-Parti Wieħed, it-Titolu II, il-Kapitolu 2.
Artikolu 317 3.

Għall-fini tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom:

(a) 

jinkludu fis-sett tad-data dwar it-telf kull avveniment ta' riskju operazzjonali rreġistrat matul sena finanzjarja waħda jew aktar;

(b) 

jużaw id-data tal-kontabilità għall-inklużjoni ta' telf relatat ma' avvenimenti ta' riskju operazzjonali fis-sett ta' data dwar it-telf;

(c) 

jallokaw it-telf u l-irkupri relatati ma' avveniment ta' riskju operazzjonali komuni jew ma' avvenimenti ta' riskju operazzjonali relatati maż-żmien u inklużi fil-kontijiet tul diversi snin, għas-snin finanzjarji korrispondenti tas-sett ta' data dwar it-telf, f'konformità mat-trattament kontabilistiku tagħhom.

Artikolu 317 4.

L-istituzzjonijiet għandhom jiġbru wkoll:

(a) 

informazzjoni dwar id-dati ta' referenza tal-avvenimenti ta' riskju operazzjonali, inkluż:

(i) 

id-data meta seħħ jew beda l-avveniment ta' riskju operazzjonali (“data tal-okkorrenza”), fejn disponibbli;

(ii) 

id-data li fiha l-istituzzjoni saret taf bl-avveniment ta' riskju operazzjonali (“data ta' skoperta”);

(iii) 

id-data jew id-dati li fihom avveniment ta' riskju operazzjonali jirriżulta f'telf, jew ir-riżerva jew il-provvediment kontra telf, rikonoxxut fir-rapport tal-introjtu tal-istituzzjoni (“data tal-kontabilità”);

(b) 

informazzjoni dwar kwalunkwe rkupru ta' ammonti ta' telf gross kif ukoll informazzjoni deskrittiva dwar il-fatturi jew il-kawżi tal-avvenimenti ta' telf.

Il-livell ta' dettall ta' kwalunkwe informazzjoni deskrittiva għandu jkun proporzjonat mad-daqs tal-ammont ta' telf gross.

Artikolu 317 5.
Istituzzjoni ma għandhiex tinkludi fis-sett ta' data dwar it-telf avvenimenti ta' riskju operazzjonali relatati mar-riskju ta' kreditu li jitqiesu fl-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju għar-riskju ta' kreditu. L-avvenimenti tar-riskju operazzjonali li jirrigwardjaw ir-riskju ta' kreditu iżda li ma jiġux ikkunsidrati fl-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju għar-riskju ta' kreditu għandhom jiġu inklużi fis-sett ta' data dwar it-telf.
Artikolu 317 6.
L-avvenimenti ta' riskju operazzjonali relatati mar-riskju tas-suq għandhom jiġu ttrattati bħala riskju operazzjonali u għandhom jiġu inklużi fis-sett ta' data dwar it-telf.
Artikolu 317 7.
Istituzzjoni għandha, fuq talba tal-awtorità kompetenti, tkun tista' tidentifika d-data storika interna tagħha dwar it-telf għat-tip ta' avveniment.
Artikolu 317 8.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw is-solidità, ir-robustezza u l-prestazzjoni tas-sistemi u l-infrastruttura tal-IT tagħhom neċessarji biex jinżamm u jiġi aġġornat is-sett ta' data dwar it-telf, b'mod partikolari billi jiġi żgurat dan kollu li ġej:

(a) 

is-sistemi u l-infrastruttura tal-IT tagħhom ikunu solidi u reżiljenti u li s-solidità u r-reżiljenza jkunu jistgħu jiġu mantnuti fuq bażi kontinwa;

(b) 

is-sistemi u l-infrastruttura tal-IT tagħhom huma soġġetti għall-ġestjoni tal-konfigurazzjoni, il-ġestjoni tat-tibdil u l-proċessi tal-ġestjoni tar-rilaxx;

(c) 

meta istituzzjoni testernalizza partijiet mill-manutenzjoni tas-sistema u l-infrastruttura tal-IT tagħha, is-solidità, ir-robustezza u l-prestazzjoni tas-sistema u tal-infrastruttura tal-IT ikunu żgurati billi jiġi kkonfermat tal-anqas dan li ġej:

(i) 

is-sistemi u l-infrastruttura tal-IT tagħha jkunu solidi u reżiljenti u li s-solidità u r-reżiljenza jkunu jistgħu jiġu mantnuti fuq bażi kontinwa;

(ii) 

il-proċess għall-ippjanar, għall-ħolqien, għall-ittestjar u għall-varar tas-sistemi u tal-infrastruttura tal-IT jkunu solidi u xierqa b'referenza għall-immaniġġjar tal-proġett, għall-immaniġġjar tar-riskju, għall-governanza, għall-inġinerija, għall-assigurazzjoni tal-kwalità u għall-ippjanar tat-testijiet, għall-immudellar u għall-iżvilupp tas-sistemi, għall-assigurazzjoni tal-kwalità fl-attivitajiet kollha, inkluż ir-rieżamijiet tal-kodiċi u, fejn xieraq, fil-verifika tal-kodiċi, u fl-ittestjar, inkluż fl-aċċettazzjoni tal-utenti;

(iii) 

is-sistemi u l-infrastruttura tal-IT huma soġġetti għall-ġestjoni tal-konfigurazzjoni, il-ġestjoni tat-tibdil u l-proċessi tal-ġestjoni tar-rilaxx;

(iv) 

il-proċess għall-ippjanar, il-ħolqien, għall-ittestjar u għall-varar tas-sistemi u tal-infrastruttura tal-IT u l-pjanijiet ta' kontinġenza huwa approvat mill-korp maniġerjali jew mill-maniġment superjuri u l-korp maniġerjali u l-maniġment superjuri jiġu infurmati perjodikament dwar il-prestazzjoni tas-sistemi u l-infrastruttura tal-IT.

Artikolu 317 9.
Għall-finijiet tal-paragrafu 7, l-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu tassonomija tar-riskju fuq ir-riskju operazzjonali li jikkonformaw ma' standards internazzjonali u metodoloġija biex tikklassifika l-avvenimenti ta' telf inklużi fis-sett ta' data dwar it-telf fuq il-bażi ta' dik it-tassonomija tar-riskju fuq ir-riskju operazzjonali.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Jannar 2026.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 317 10.
Għall-finijiet tal-paragrafu 8, l-EBA għandha tiżviluppa linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, li jispjegaw l-elementi tekniċi neċessarji sabiex tiżgura s-solidità, ir-robustezza u l-prestazzjoni tal-arranġamenti ta' governanza biex jinżamm is-sett ta' data dwar it-telf, b'enfasi partikolari fuq is-sistemi u l-infrastrutturi tal-IT.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit