+Artikolu 318 2.

Artikolu 318 2.

Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-elementi li ġejjin għandhom jiġu inklużi fil-komputazzjoni tat-telf gross:

(a) 

imposti diretti, bħal indebolimenti, saldi, ammonti mħallsa biex jagħmlu tajjeb għad-danni, penali u imgħax f'arretrati u tariffi legali għar-rapporti tal-introjtu tal-istituzzjoni u tniżżil fil-valur minħabba l-avveniment ta' riskju operazzjonali, inkluż:

(i) 

meta l-avveniment ta' riskju operazzjonali jkun relatat mar-riskju tas-suq, l-ispejjeż għat-treġġigħ lura ta' stralċ tal-pożizzjonijiet tas-suq fl-ammont ta' telf irreġistrat tal-elementi tar-riskju operazzjonali;

(ii) 

meta l-pagamenti jkunu relatati ma' nuqqasijiet jew ma' proċessi inadegwati tal-istituzzjoni, penali, imposti tal-imgħax, imposti fuq ħlas tard, tariffi legali u, bl-esklużjoni tal-ammont tat-taxxa oriġinarjament dovut, it-taxxa, ħlief jekk dak l-ammont ikun diġà inkluż taħt il-punt (e);

(b) 

l-ispejjeż imġarrba bħala konsegwenza tal-avveniment tar-riskju operazzjonali, inkluż l-ispejjeż esterni b'rabta diretta mal-avveniment ta' riskju operazzjonali u l-ispejjeż tat-tiswija jew tas-sostituzzjoni, imġarrba biex tiġi rrestawrata l-pożizzjoni li kienet prevalenti qabel ma seħħ l-avveniment ta' riskju operazzjonali;

(c) 

provvedimenti jew riżervi mniżżla fir-rapporti tal-introjtu kontra l-impatt potenzjali tat-telf operattiv, inkluż dawk minn avvenimenti ta' mġiba ħażina;

(d) 

telf li jirriżulta minn avvenimenti ta' riskju operazzjonali b'impatt finanzjarju definittiv li huma temporanjament iddepożitati f'kontijiet tranżitorji jew sospiżi u li jkunu għadhom ma humiex riflessi fir-rapporti tal-introjtu (“telf pendenti”);

(e) 

impatti ekonomiċi negattivi ddepożitati f'sena finanzjarja u li huma dovuti għal avvenimenti ta' riskju operazzjonali li jħallu impatt fuq il-flussi ta' flus jew fuq id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tas-snin finanzjarji preċedenti (“telf tat-twaqqit”).

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (d), it-telf pendenti materjali għandu jiġi inkluż fis-sett ta' data dwar it-telf f'perjodu ta' żmien proporzjonat mad-daqs u mal-età tal-element pendenti.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (e), l-istituzzjoni għandha tinkludi fis-sett ta' data dwar it-telf, it-telf tat-twaqqit materjali meta dak it-telf ikun dovut għal avvenimenti ta' riskju operazzjonali li jkopru aktar minn sena finanzjarja waħda. L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu fl-ammont ta' telf irreġistrat tal-element tar-riskju operazzjonali ta' telf ta' sena finanzjarja li huwa dovut għall-korrezzjoni ta' żbalji tat-tidħil fil-kotba li jkunu seħħew fi kwalunkwe sena finanzjarja preċedenti, anki meta dak it-telf ma jkunx jaffettwa lil terzi persuni direttament. Meta jkun hemm telf materjali ta' twaqqit u l-avveniment ta' riskju operazzjonali jkun jaffettwa lil terzi persuni direttament, inkluż lil klijenti, lil fornituri u lil impjegati tal-istituzzjoni, l-istituzzjoni għandha tinkludi wkoll id-dikjarazzjoni mill-ġdid uffiċjali ta' rapporti finanzjarji maħruġa qabel.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit