+Artikolu 318 Kalkolu tat-telf nett u tat-telf gross
---+Artikolu 318 1.
---+Artikolu 318 2.
---+Artikolu 318 3.
---+Artikolu 318 4.

Artikolu 318 Kalkolu tat-telf nett u tat-telf gross

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 318 1.

Għall-finijiet tal-Artikolu 316(1), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw għal kull avveniment ta' riskju operazzjonali telf nett kif ġej:

telf nett = telf gross – irkupru

fejn:

telf gross

= telf marbut ma' avveniment ta' riskju operazzjonali qabel l-irkupri ta' kwalunkwe tip;

irkupru

= avveniment indipendenti wieħed jew aktar, relatat mal-avveniment tar-riskju operazzjonali oriġinali, separat fiż-żmien, li fih jiġu riċevuti fondi jew influssi ta' benefiċċji ekonomiċi minn parti terza.

L-istituzzjonijiet għandhom iżommu fuq bażi kontinwa kalkolu aġġornat tat-telf nett għal kull avveniment speċifiku ta' riskju operazzjonali. Għal dak l-għan, l-istituzzjonijiet għandhom jaġġornaw il-kalkolu tat-telf nett fuq il-bażi tal-varjazzjonijiet osservati jew stmati tat-telf gross u l-irkupru għal kull waħda mill-aħħar 10 snin finanzjarji. Meta t-telf, marbut mal-istess avveniment ta' riskju operazzjonali, jiġi osservat matul snin finanzjarji multipli f'dak il-perjodu ta' żmien ta' 10 snin, l-istituzzjoni għandha tikkalkula u żżomm aġġornat:

(a) 

it-telf nett, it-telf gross u l-irkupru għal kull waħda mis-snin finanzjarji tal-perjodu ta' żmien ta' 10 snin fejn dawk it-telf nett, it-telf gross u l-irkupru ġew irreġistrati;

(b) 

it-telf nett aggregat, it-telf gross aggregat u l-irkupru aggregat tas-snin finanzjarji rilevanti kollha tal-perjodu ta' żmien ta' 10 snin.

Artikolu 318 2.

Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-elementi li ġejjin għandhom jiġu inklużi fil-komputazzjoni tat-telf gross:

(a) 

imposti diretti, bħal indebolimenti, saldi, ammonti mħallsa biex jagħmlu tajjeb għad-danni, penali u imgħax f'arretrati u tariffi legali għar-rapporti tal-introjtu tal-istituzzjoni u tniżżil fil-valur minħabba l-avveniment ta' riskju operazzjonali, inkluż:

(i) 

meta l-avveniment ta' riskju operazzjonali jkun relatat mar-riskju tas-suq, l-ispejjeż għat-treġġigħ lura ta' stralċ tal-pożizzjonijiet tas-suq fl-ammont ta' telf irreġistrat tal-elementi tar-riskju operazzjonali;

(ii) 

meta l-pagamenti jkunu relatati ma' nuqqasijiet jew ma' proċessi inadegwati tal-istituzzjoni, penali, imposti tal-imgħax, imposti fuq ħlas tard, tariffi legali u, bl-esklużjoni tal-ammont tat-taxxa oriġinarjament dovut, it-taxxa, ħlief jekk dak l-ammont ikun diġà inkluż taħt il-punt (e);

(b) 

l-ispejjeż imġarrba bħala konsegwenza tal-avveniment tar-riskju operazzjonali, inkluż l-ispejjeż esterni b'rabta diretta mal-avveniment ta' riskju operazzjonali u l-ispejjeż tat-tiswija jew tas-sostituzzjoni, imġarrba biex tiġi rrestawrata l-pożizzjoni li kienet prevalenti qabel ma seħħ l-avveniment ta' riskju operazzjonali;

(c) 

provvedimenti jew riżervi mniżżla fir-rapporti tal-introjtu kontra l-impatt potenzjali tat-telf operattiv, inkluż dawk minn avvenimenti ta' mġiba ħażina;

(d) 

telf li jirriżulta minn avvenimenti ta' riskju operazzjonali b'impatt finanzjarju definittiv li huma temporanjament iddepożitati f'kontijiet tranżitorji jew sospiżi u li jkunu għadhom ma humiex riflessi fir-rapporti tal-introjtu (“telf pendenti”);

(e) 

impatti ekonomiċi negattivi ddepożitati f'sena finanzjarja u li huma dovuti għal avvenimenti ta' riskju operazzjonali li jħallu impatt fuq il-flussi ta' flus jew fuq id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tas-snin finanzjarji preċedenti (“telf tat-twaqqit”).

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (d), it-telf pendenti materjali għandu jiġi inkluż fis-sett ta' data dwar it-telf f'perjodu ta' żmien proporzjonat mad-daqs u mal-età tal-element pendenti.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (e), l-istituzzjoni għandha tinkludi fis-sett ta' data dwar it-telf, it-telf tat-twaqqit materjali meta dak it-telf ikun dovut għal avvenimenti ta' riskju operazzjonali li jkopru aktar minn sena finanzjarja waħda. L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu fl-ammont ta' telf irreġistrat tal-element tar-riskju operazzjonali ta' telf ta' sena finanzjarja li huwa dovut għall-korrezzjoni ta' żbalji tat-tidħil fil-kotba li jkunu seħħew fi kwalunkwe sena finanzjarja preċedenti, anki meta dak it-telf ma jkunx jaffettwa lil terzi persuni direttament. Meta jkun hemm telf materjali ta' twaqqit u l-avveniment ta' riskju operazzjonali jkun jaffettwa lil terzi persuni direttament, inkluż lil klijenti, lil fornituri u lil impjegati tal-istituzzjoni, l-istituzzjoni għandha tinkludi wkoll id-dikjarazzjoni mill-ġdid uffiċjali ta' rapporti finanzjarji maħruġa qabel.

Artikolu 318 3.

Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-elementi li ġejjin għandhom jiġu esklużi mill-komputazzjoni tat-telf gross:

(a) 

l-ispejjeż ta' kuntratti tal-manutenzjoni ġenerali fuq proprjetà, fuq impjant jew fuq tagħmir;

(b) 

in-nefqa interna jew esterna biex jissaħħaħ in-negozju wara telf mir-riskju operazzjonali, inkluż aġġornamenti, titjib, inizjattivi tal-valutazzjoni tar-riskju u tisħiħ;

(c) 

primjums tal-assigurazzjoni.

Artikolu 318 4.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-irkupri għandhom jintużaw biex jitnaqqas it-telf gross biss meta l-istituzzjoni tkun irċiviet pagament. Ir-riċevibbli ma għandhomx jitqiesu bħala rkupri.

Fuq talba mill-awtorità kompetenti, l-istituzzjoni għandha tipprovdi d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex jiġu verifikati l-pagamenti riċevuti u meqjusin fil-kalkolu tat-telf nett ta' avveniment ta' riskju operazzjonali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit