+Artikolu 320 1.

Artikolu 320 1.

Istituzzjoni tista' titlob permess mill-awtorità kompetenti biex teskludi mill-kalkolu tat-telf annwali mir-riskju operazzjonali tagħha avvenimenti eċċezzjonali ta' riskju operazzjonali li ma jkunux għadhom rilevanti għall-profil tar-riskju tal-istituzzjoni, meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-istituzzjoni tista' turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-kawża tal-avveniment ta' riskju operazzjonali fl-oriġini ta' dak it-telf mir-riskju operazzjonali mhux ser jerġa' jseħħ;

(b) 

it-telf nett aggregat tal-avveniment ta' riskju operazzjonali korrispondenti huwa wieħed minn dawn li ġejjin:

(i) 

daqs jew jaqbżu l-10 % tat-telf medju annwali mir-riskju operazzjonali tal-istituzzjoni, ikkalkulat fuq l-aħħar 10 snin finanzjarji u bbażat fuq il-limitu msemmi fl-Artikolu 319(1), meta l-avveniment ta' telf mir-riskju operazzjonali jirreferi għal attivitajiet li għadhom parti mill-indikatur tan-negozju;

(ii) 

relatat ma' avveniment ta' riskju operazzjonali li jirreferi għal attivitajiet divestiti mill-indikatur tan-negozju f'konformità mal-Artikolu 315(2);

(c) 

it-telf mir-riskju operazzjonali kien fil-bażi ta' data dwar it-telf għal perjodu minimu ta' sena, sakemm it-telf mir-riskju operazzjonali ma jkunx relatat ma' attivitajiet divestiti mill-indikatur tan-negozju f'konformità mal-Artikolu 315(2).

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), ta’ dan il-paragrafu il-perjodu minimu ta' sena għandu jibda mid-data li fiha l-avveniment ta' riskju operazzjonali, inkluż fis-sett ta' data dwar it-telf, l-ewwel sar akbar mil-limitu ta' materjalità previst fl-Artikolu 319(1).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit