|
+Artikolu 320 2. |
Artikolu 320 2.Istituzzjoni li titlob il-permess imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti b'ġustifikazzjonijiet iddokumentati għall-esklużjoni ta' avveniment ta' riskju operazzjonali eċċezzjonali, inkluż:
(a)
deskrizzjoni tal-avveniment ta' riskju operazzjonali;
(b)
prova li t-telf mill-avveniment ta' riskju operazzjonali jkun ogħla mil-limitu ta' materjalità għall-esklużjoni tat-telf imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b)(i), inkluż id-data li fiha dak l-avveniment ta' riskju operazzjonali jsir akbar mil-limitu ta' materjalità;
(c)
id-data li fiha l-avveniment ta' riskju operazzjonali kkonċernat jiġi eskluż, meta jitqies il-perjodu minimu ta' żamma stabbilit fil-paragrafu 1, il-punt (c);
(d)
ir-raġuni għaliex l-avveniment ta' riskju operazzjonali ma għadux meqjus rilevanti għall-profil tar-riskju tal-istituzzjoni;
(e)
dimostrazzjoni li ma hemm l-ebda skopertura legali simili jew residwu u li l-avveniment ta' riskju operazzjonali li għandu jiġi eskluż ma għandu l-ebda rilevanza għal attivitajiet jew għal prodotti oħra;
(f)
rapporti tar-rieżami jew tal-validazzjoni indipendenti tal-istituzzjoni, li jikkonfermaw li l-avveniment ta' riskju operazzjonali ma għadux rilevanti u li ma hemm l-ebda skopertura legali simili jew residwu;
(g)
prova li l-korpi kompetenti tal-istituzzjoni, permezz tal-proċessi ta' approvazzjoni tal-istituzzjoni, ikunu approvaw it-talba għall-esklużjoni tal-avveniment ta' riskju operazzjonali u d-data ta' tali approvazzjoni;
(h)
l-impatt tal-esklużjoni tal-avveniment ta' riskju operazzjonali fuq it-telf annwali tar-riskju operazzjonali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|