|
+Artikolu 325n 3. |
Artikolu 325n 3.Il-fatturi ta' riskju tal-firxa tal-kreditu li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li huma inklużi fil-ACTP huma dawn li ġejjin:
(a)
il-fatturi delta ta' riskju għandhom ikunu r-rati kollha rilevanti tal-firxa tal-kreditu tal-emittenti tal-iskoperturi sottostanti tal-pożizzjoni tat-titolizzazzjoni, inferiti mill-istrumenti tad-dejn u mis-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu rilevanti, u għal kull waħda mill-maturitajiet li ġejjin: 0,5 sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin.
(b)
il-fatturi vega ta' riskju applikabbli għal opzjonijiet b'pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li huma inklużi fil-ACTP bħala sottostanti għandhom ikunu l-volatilitajiet implikati tal-firxiet tal-kreditu tal-emittenti tal-iskoperturi sottostanti tal-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni, inferiti kif deskritt fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu, li għandhom jiġu kklassifikati għall-maturitajiet li ġejjin f'konformità mal-maturità tal-opzjoni korrispondenti soġġetta għar-rekwiżiti ta' fondi proprji: 0,5 sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin.
(c)
il-fatturi ta' riskju tal-kurvatura għandhom ikunu l-kurvi tar-rendiment rilevanti tal-firxa tal-kreditu tal-emittenti tal-iskoperturi sottostanti tal-pożizzjoni tat-titolizzazzjoni espressi bħala vettur tar-rati tal-firxa tal-kreditu għal maturitajiet differenti, inferiti kif indikat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu; għal kull strument, il-vettur għandu jinkludi komponenti daqskemm ikun hemm maturitajiet differenti ta' rati tal-firxa tal-kreditu li jintużaw bħala varjabbli mill-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni għal dak l-istrument. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|