|
+Artikolu 325ac 4. |
Artikolu 325ac 4.L-ammonti netti ta' JTD u mhux mistennija għandhom jiġu ddeterminati bit-tpaċija ta' ammonti grossi twal ta' JTD u mhux mistennija ammonti grossi qosra ta' JTD u mhux mistennija. It-tpaċija għandha tkun possibbli biss bejn skoperturi li mill-bqija huma identiċi ħlief għall-maturità. It-tpaċija għandha tkun possibbli biss kif ġej:
(a)
għal indiċijiet, segmenti tal-indiċi u segmenti personalizzati, it-tpaċija għandha tkun possibbli fost maturitajiet fl-istess familja tal-indiċi, serje u segment, soġġett għad-dispożizzjonijiet dwar l-iskoperturi ta' inqas minn sena stabbiliti fl-Artikolu 325x; l-ammonti JTD grossi twal u l-ammonti JTD gross qosra li huma replikazzjonijiet perfetti jistgħu jkunu paċuti permezz ta' tqassim fi skoperturi ekwivalenti b'isem uniku bl-użu ta' mudell tal-valutazzjoni; f'każijiet bħal dawn, is-somma tal-ammonti JTD gross ta' skoperturi ekwivalenti b'isem uniku miksuba permezz tat-tqassim għandha tkun ugwali għall-ammont JTD gross tal-iskopertura mhux imqassma;
(b)
it-tpaċija permezz ta' tqassim kif stabbilit fil-punt (a) m'għandux ikun permess għar-rititolizzazzjonijiet jew derivattivi fuq it-titolizzazzjoni;
(c)
għall-indiċi u s-segmenti tal-indiċi, it-tpaċija għandha tkun possibbli fost maturitajiet fl-istess familja tal-indiċi, serje u segment permezz ta' replikazzjoni jew permezz ta' tqassim; meta l-iskoperturi twal u l-iskoperturi qosra huma mill-bqija ekwivalenti ħlief għal komponent residwu wieħed, it-tpaċija għandha tkun permessa u l-ammont nett ta' JTD għandu jirrifletti l-iskopertura residwa;
(d)
segmenti differenti tal-istess serje tal-indiċi, serje differenti tal-istess indiċi u familji tal-indiċi differenti ma jistgħux jintużaw biex ipaċu lil xulxin. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|