|
+Artikolu 325bd 7. |
Artikolu 325bd 7.L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
(a)
kif l-istituzzjonijiet għandhom jikklassifikaw il-fatturi ta' riskju tal-pożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għal kategoriji wiesgħa ta' fatturi ta' riskju u subkategoriji wiesgħa ta' fatturi ta' riskju għall-finijiet tal-paragrafu 1;
(b)
liema muniti jikkostitwixxu l-iktar subkategorija likwida tal-muniti tal-kategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju tar-rati tal-imgħax tat-Tabella 2;
(c)
liema muniti akkoppjati jikkostitwixxu l-iktar subkategorija likwida tal-muniti akkoppjati tal-kategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju tal-kambju tat-Tabella 2;
(d)
id-definizzjonijiet ta' kapitalizzazzjoni tas-suq żgħira u kapitalizzazzjoni tas-suq kbira għall-finijiet tas-subkategorija tal-prezz tal-ekwità u tal-volatilità tal-kategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju tal-ekwità tat-Tabella 2. L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Marzu 2020. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Tabella 2
1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|