|
+Artikolu 325bg 4. |
Artikolu 325bg 4.L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
(a)
il-kriterji li jispeċifikaw jekk il-bidliet teoretiċi fil-valur tal-portafoll ta' post tan-negozjar ikunux qrib jew qrib biżżejjed tal-bidliet ipotetiċi fil-valur tal-portafoll ta' post tan-negozjar għall-finijiet tal-paragrafu 1, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi regolatorji internazzjonali;
(b)
ir-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali msemmi fil-paragrafu 2;
(c)
il-frekwenza li biha l-attribuzzjoni tal-P&L għandha titwettaq minn istituzzjoni;
(d)
l-elementi tekniċi li għandhom jiġu inklużi fit-tibdiliet teoretiċi u ipotetiċi fil-valur tal-portafoll ta' post tan-negozjar għall-finijiet ta' dan l-Artikolu. ▼M17 ————— L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2025. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|