+Artikolu 325bg Rekwiżit ta' attribuzzjoni ta' profitti u telf
---+Artikolu 325bg 1.
---+Artikolu 325bg 2.
---+Artikolu 325bg 3.
---+Artikolu 325bg 4.

Artikolu 325bg Rekwiżit ta' attribuzzjoni ta' profitti u telf

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 325bg 1.
Post tan-negozjar ta' istituzzjoni jkun jissodisfa r-rekwiżiti ta' attribuzzjoni P&L meta l-bidliet teoretiċi fil-valur tal-portafoll ta' dak il-post tan-negozjar, fuq il-bażi tal-mudell tal-kalkolu tar-riskju tal-istituzzjoni, ikunu qrib jew qrib biżżejjed tal-bidliet ipotetika fil-valur tal-portafoll ta' dak l-uffiċċju tan-negozjar, fuq il-bażi tal-mudell ta' pprezzar tal-istituzzjoni.
Artikolu 325bg 2.
Minkejja l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, meta l-bidliet teoretiċi fil-valur tal-portafoll ta' post tan-negozjar, fuq il-bażi tal-mudell tal-kalkolu tar-riskju tal-istituzzjoni jkunu qrib biżżejjed tal-bidliet ipotetika fil-valur tal-portafoll ta' dak il-post tan-negozjar, fuq il-bażi tal-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni, l-istituzzjoni għandha tikkalkula, għall-pożizzjonijiet kollha assenjati lil dak il-post tan-negozjar, rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali għar-rekwiżiti ta' fondi proprji msemmija fl-Artikolu 325ba(1) u (2).
Artikolu 325bg 3.
Abbażi tar-riżultati tar-rekwiżit tal-attribuzzjoni P&L imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, istituzzjoni għandha tiddetermina u tiddokumenta lista preċiża ta' fatturi tar-riskju inklużi fil-mudell tal-kejl tar-riskju tal-istituzzjoni li jitqiesu adatti għall-verifika tal-konformità tal-istituzzjoni mar-rekwiżit tal-ittestjar retrospettiv stabbilit fl-Artikolu 325bf. L-istituzzjoni għandha tittraċċa kwalunkwe bidla fil-lista ta' dawk il-fatturi ta' riskju.
Artikolu 325bg 4.

L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

▼M17

(a) 

il-kriterji li jispeċifikaw jekk il-bidliet teoretiċi fil-valur tal-portafoll ta' post tan-negozjar ikunux qrib jew qrib biżżejjed tal-bidliet ipotetiċi fil-valur tal-portafoll ta' post tan-negozjar għall-finijiet tal-paragrafu 1, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi regolatorji internazzjonali;

(b) 

ir-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali msemmi fil-paragrafu 2;

▼M8

(c) 

il-frekwenza li biha l-attribuzzjoni tal-P&L għandha titwettaq minn istituzzjoni;

(d) 

l-elementi tekniċi li għandhom jiġu inklużi fit-tibdiliet teoretiċi u ipotetiċi fil-valur tal-portafoll ta' post tan-negozjar għall-finijiet ta' dan l-Artikolu.

▼M17 —————

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2025.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit