|
+Artikolu 352 6. |
Artikolu 352 6.L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jiddefinixxu firxa ta’ metodi sabiex jirriflettu riskji oħra fir-rekwiżiti ta’ fondi proprji, minbarra r-riskju delta, b’mod proporzjonat mal-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet fl-opzjonijiet. L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2013. Il-Kummissjoni tiġi delegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Qabel id-dħul fis-seħħ tal-istandards tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jkomplu japplikaw it-trattament nazzjonali eżistenti, fejn l-awtoritajiet kompetenti jkunu applikaw dawk it-trattamenti qabel il-31 ta’ Diċembru 2013. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|