+Artikolu 379 2.

Artikolu 379 2.

Meta tapplika piż tar-riskju fuq skoperturi għal konsenji bla ħlas ittrattati skont il-Kolonna 3 tat-Tabella 2, istituzzjoni li tuża l-approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjoni Interna stabbilit fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 3 tista’ tassenja PDs lil kontropartijiet, li għalihom ma jkollha l-ebda skopertura oħra fil-portafoll mhux tan-negozjar, fuq il-bażi tal-klassifikazzjoni esterna tal-kontroparti. L-istituzzjonijiet li jużaw stimi proprji tal-“LGDs” jistgħu japplikaw l-LGD stabbilit fl-Artikolu 161(1) fuq skoperturi għal konsenji bla ħlas trattati skont il-Kolonna 3 tat-Tabella 2 bil-kondizzjoni li japplikawh għal dawn l-iskoperturi kollha. Inkella, istituzzjoni li tuża l-approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjoni Interna stabbilit fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 3 tista’ tapplika l-piżijiet tar-riskju tal-approċċ Standardizzat, kif stabbilit fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2 bil-kondizzjoni li tapplikahom għal kull skopertura simili jew tista’ tapplika piż ta’ riskju ta’ 100 % għal dawn l-iskoperturi kollha.

Jekk l-ammont ta' skopertura pożittiva li jirriżulta minn transazzjonijiet ta’ konsenja bla ħlas ma jkunx materjali, l-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw piż ta’ riskju ta’ 100 % fuq dawn l-iskoperturi, għajr meta jkun meħtieġ piż ta’ riskju ta’ 1 250  %skont il-Kolonna 4 tat-Tabella 2 fil-paragrafu 1.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit