|
+Artikolu 384 1. |
Artikolu 384 1.Istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA f'konformità mal-paragrafu 2 jew 3 ta' dan l-Artikolu, kif ikun applikabbli, għal portafoll ta' tranżazzjonijiet ma' kontroparti waħda jew aktar billi tuża waħda mill-formuli li ġejjin, kif xieraq:
(a)
il-formula stabbilita fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, meta l-istituzzjoni tinkludi fil-kalkolu ħeġġ eliġibbli waħda jew aktar rikonoxxuta f'konformità mal-Artikolu 386;
(b)
il-formula stabbilita fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, meta l-istituzzjoni ma tkunx tinkludi fil-kalkolu kwalunkwe ħeġġ eliġibbli rikonoxxuta f'konformità mal-Artikolu 386. L-approċċi stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b), m'għandhomx jintużaw flimkien. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|