|
+Artikolu 386 1. |
Artikolu 386 1.Il-pożizzjonijiet fi strumenti għall-iħħeġġjar għandhom jiġu rikonoxxuti bħala ħeġġijiet eliġibbli għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA f'konformità mal-Artikoli 383 u 384 meta dawk il-pożizzjonijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(a)
dawn jintużaw għall-fini tal-mitigazzjoni tar-riskju ta' CVA u jiġu mmaniġġati bħala tali;
(b)
dawn jistgħu jiġu konklużi ma' partijiet terzi jew mal-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni bħala ħeġġ intern, u f'dak il-każ għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 106(7);
(c)
huma biss il-pożizzjonijiet fi strumenti għall-iħħeġġjar kif imsemmi fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu li jistgħu jiġu rrikonoxxuti bħala ħeġġijiet eliġibbli għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA f'konformità mal-Artikoli 383 u 384, rispettivament. Għall-fini tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA f'konformità mal-Artikolu 383, il-pożizzjonijiet fl-istrumenti għall-iħħeġġjar għandhom jiġu rikonoxxuti bħala ħeġġijiet eliġibbli meta, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (c) ta' dan il-paragrafu, tali strumenti għall-iħħeġġjar jiffurmaw pożizzjoni waħda f'ħeġġ eliġibbli u ma jinqasmux f'aktar minn pożizzjoni waħda f'aktar minn ħeġġ eliġibbli waħda. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|