Artikolu 395 2.
L-ABE għandha, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, b'kont meħud tal-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu f'konformità mal-Artikoli 399 sa 403 kif ukoll l-eżiti tal-iżviluppi fil-qasam tas-sistema bankarja "parallela" u skoperturi kbar fil-livell tal-Unjoni u dak internazzjonali, toħroġ linji gwida sal-31 ta’ Diċembru 2014 biex jiġu stabbiliti limiti aggregati adatti għal tali skoperturi jew limiti individwali aktar stretti fuq l-iskoperturi għall-entitajiet tas-sistema bankarja "parallela" li jwettqu attivitajiet bankarji barra minn qafas regolat. Fl-iżvilupp ta' dawk il-linji gwida, l-ABE għandha tikkunsidra jekk l-introduzzjoni ta' limiti addizzjonali jkollhiex impatt materjali għad-detriment tal-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni, fuq il-proviżjoni tal-kreditu għall-ekonomija reali jew fuq l-istabbiltà u l-funzjonament ordnat tas-swieq finanzjarji. Sal-31 ta’ Diċembru 2015 il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-adegwatezza u l-impatt tal-impożizzjoni ta' limiti fuq skoperturi għall-entitajiet ta' sistema bankarja "parallela"li jwettqu attivitajiet bankarji barra minn qafas regolat, b'kont meħud tal-iżviluppi tal-Unjoni u internazzjonali fil-qasam tas-sistema bankarja "parallela" u l-iskoperturi kbar kif ukoll tal-mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu f'konformità mal-Artikoli 399 sa 403. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien, jekk adatt, ma' proposta leġislattiva dwar il-limiti tal-iskoperturi għall-entitajiet ta' sistema bankarja "parallela" li jwettqu attivitajiet bankarji barra minn qafas regolat.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|