|
+Artikolu 402 2. |
Artikolu 402 2.►M17 Għall-kalkolu tal-valuri tal-iskopertura għall-finijiet tal-Artikolu 395, l-istituzzjonijiet jistgħu, għajr fejn ikun ipprojbit mil-liġi nazzjonali applikabbli, inaqqsu l-valur ta' skopertura jew ta' kwalunkwe parti minn skopertura li tkun iggarantita permezz ta' proprjetà immobbli kummerċjali f'konformità mal-Artikolu 126(1) bl-ammont mirhun tal-valur tal-proprjetà, iżda b'mhux aktar minn 55 % tal-valur tal-proprjetà, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin: ◄
(a)
l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux stabbilew piż tar-riskju ogħla minn 60 % għal skoperturi jew partijiet minn skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà immobbli kummerċjali f'konformità mal-Artikolu 124(9);
(b)
l-iskopertura tkun totalment iggarantita permezz ta' kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
(i)
ipoteka waħda jew aktar fuq uffiċċji jew bini kummerċjali ieħor; jew
(ii)
uffiċċju jew bini kummerċjali ieħor wieħed jew aktar u l-iskoperturi relatati mat-transazzjonijiet ta' kiri ta' proprjetà;
(c)
ir-rekwiżiti fl-Artikolu 124(3), il-punt (c), u fl-Artikolu 208 u l-Artikolu 229(1) jiġu ssodisfati;
(d)
il-proprjetà immobbli kummerċjali tkun kompletament mibnija. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|