|
+Artikolu 403 1. |
Artikolu 403 1.Meta skopertura għal klijent tkun garantita minn parti terza, jew hija garantita minn kollateral maħruġ minn parti terza, istituzzjoni għandha:
(a)
tittratta l-parti tal-iskopertura li tkun garantita bħala skopertura lill-garanti minflok mill-klijent, sakemm l-iskopertura mhux garantita għall-garanti tkun assenjata piż ta' riskju li huwa ugwali għal jew inqas mill-piż ta' riskju tal-iskopertura mhux garantita għall-klijent skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta;
(b)
tittratta l-parti tal-iskopertura kollateralizzata skont il-valur tas-suq ta' kollateral rikonoxxut bħala skopertura mill-parti terza minflok mill-klijent, sakemm l-iskopertura tkun garantita minn kollateral u sakemm li l-parti kollateralizzata tal-iskopertura tingħata piż ta' riskju li huwa ugwali għal jew inqas mill-piż ta' riskju ta' skopertura mhux garantita għall-klijent skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta. L-approċċ imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ma għandux jintuża minn istituzzjoni fejn ikun hemm diskrepanza bejn il-maturità tal-iskopertura u l-maturità tal-protezzjoni. Għall-finijiet ta' din il-Parti, istituzzjoni tista' tuża kemm il-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju u t-trattament stipulat fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'dawk il-każi biss fejn hija awtorizzata tuża kemm il-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju u l-Metodu Ssimplifikat tal-Kollateral Finanzjarju għall-finijiet tal-Artikolu 92. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|