+Artikolu 403 Approċċ ta' sostituzzjoni
---+Artikolu 403 1.
---+Artikolu 403 2.
---+Artikolu 403 3.
---+Artikolu 403 4.
|
Artikolu 403 Approċċ ta' sostituzzjoni
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 403 1.
|
Meta skopertura għal klijent tkun garantita minn parti terza, jew hija garantita minn kollateral maħruġ minn parti terza, istituzzjoni għandha:
(a)
tittratta l-parti tal-iskopertura li tkun garantita bħala skopertura lill-garanti minflok mill-klijent, sakemm l-iskopertura mhux garantita għall-garanti tkun assenjata piż ta' riskju li huwa ugwali għal jew inqas mill-piż ta' riskju tal-iskopertura mhux garantita għall-klijent skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta;
(b)
tittratta l-parti tal-iskopertura kollateralizzata skont il-valur tas-suq ta' kollateral rikonoxxut bħala skopertura mill-parti terza minflok mill-klijent, sakemm l-iskopertura tkun garantita minn kollateral u sakemm li l-parti kollateralizzata tal-iskopertura tingħata piż ta' riskju li huwa ugwali għal jew inqas mill-piż ta' riskju ta' skopertura mhux garantita għall-klijent skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta.
L-approċċ imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ma għandux jintuża minn istituzzjoni fejn ikun hemm diskrepanza bejn il-maturità tal-iskopertura u l-maturità tal-protezzjoni. Għall-finijiet ta' din il-Parti, istituzzjoni tista' tuża kemm il-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju u t-trattament stipulat fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'dawk il-każi biss fejn hija awtorizzata tuża kemm il-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju u l-Metodu Ssimplifikat tal-Kollateral Finanzjarju għall-finijiet tal-Artikolu 92.
|
|
Artikolu 403 2.
|
Fejn istituzzjoni tapplika l-punt (a) tal-paragrafu 1, l-istituzzjoni:
(a)
fejn il-garanzija tkun denominata f'munita differenti minn dik li fiha tkun denominata l-iskopertura, għandha tikkalkula l-ammont tal-iskopertura li hija meqjusa bħala koperta skont id-dispożizzjonijiet dwar it-trattament tad-diskrepanza fil-munita għal protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu stipulat fil-Parti Tlieta;
(b)
għandha tittratta kwalunkwe diskrepanza bejn il-maturità tal-iskopertura u l-maturità tal-protezzjoni skont id-dispożizzjonijiet dwar it-trattament tan-nuqqas ta' diskrepanza stipulat fil-Kapitolu 4 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta;
(c)
tista' tirrikonoxxi kopertura parzjali f'konformità mat-trattament stabbilit fil-Kapitolu 4 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta.
|
|
Artikolu 403 3.
|
Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, istituzzjoni tista' tissostitwixxi l-ammont fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bl-ammont fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu, sakemm il-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (c), (d) u (e) ta' dan il-paragrafu huma ssodisfati:
(a)
l-ammont totali tal-iskopertura tal-istituzzjoni għal emittent tal-kollateral minħabba ftehimiet ta' riakkwist bejn tliet partijiet iffaċilitati minn aġent ta' tliet partijiet;
(b)
l-ammont totali tal-limiti li l-istituzzjoni tkun tat struzzjonijiet lill-aġent ta' tliet partijiet imsemmi fil-punt (a) sabiex japplika għat-titoli maħruġa mill-emittent tal-kollateral imsemmi f'dak il-punt;
(c)
l-istituzzjoni tkun ivverifikat li l-aġent ta' tliet partijiet għandu fis-seħħ salvagwardji xierqa sabiex jipprevjeni l-ksur tal-limiti msemmija fil-punt (b);
(d)
l-awtorità kompetenti ma tkunx esprimiet lill-istituzzjoni ebda tħassib materjali;
(e)
is-somma tal-ammont tal-limitu msemmi fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu u kwalunkwe skopertura oħra tal-istituzzjoni għall-emittent tal-kollateral ma taqbiżx il-limitu stipulat fl-Artikolu 395(1).
|
|
Artikolu 403 4.
|
L-ABE għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, li jispeċifikaw il-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tat-trattament imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, inkluż il-kondizzjonijiet u l-frekwenza għad-determinazzjoni, il-monitoraġġ u r-reviżjoni tal-limiti msemmija fil-punt (b) ta' dak il-paragrafu. L-ABE għandha tippubblika dawk il-linji gwida sal-31 ta' Diċembru 2019.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|