|
+Artikolu 430 7. |
Artikolu 430 7.
►M17
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tispeċifika l-formati uniformi tar-rapportar, il-frekwenza u d-dati tar-rapportar, kif ukoll id-definizzjonijiet, u għandha tiżviluppa soluzzjonijiet tal-IT, inkluż mudelli ta' rapportar u struzzjonijiet għar-rapportar imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4. ◄
Kwalunkwe rekwiżit ta' rappurtar ġdid indikat f'tali standards tekniċi ta' implimentazzjoni ma għandux ikun applikabbli qabel sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni għandhom jispeċifikaw liema komponenti tal-proporzjon ta' lieva finanzjarja għandhom jiġu rrapportati bl-użu tal-valuri fi tmiem il-ġurnata jew fi tmiem ix-xahar. Għal dan il-għan, l-ABE għandha tieħu kont taż-żewġ punti li ġejjin:
(a)
kemm komponent ikun suxxettibbli għal tnaqqis temporanju sinifikanti fil-volumi ta' tranżazzjonijiet li jistgħu jirriżultaw f'nuqqas ta' rappreżentanza tar-riskju tal-lieva finanzjarja eċċessiva fid-data ta' referenza tar-rappurtar;
(b)
żviluppi u sejbiet fil-livell internazzjonali. L-ebda rekwiżit ta' rappurtar ġdid ma għandu jkun applikabbli qabel sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu. L-ABE għandha tissottometti lill-Kummissjoni l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu sat-28 ta' Ġunju 2021, ħlief fir-rigward ta' dawn li ġejjin:
(a)
il-proporzjon ta' lieva finanzjarja, li għandu jiġi ppreżentat sat-28 ta' Ġunju 2020;
(b)
l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 92a u 92b, li għandhom jiġu ppreżentati sat-28 ta' Ġunju 2020;
(c)
skoperturi għar-riskji tal-ESG, li għandhom jiġu ppreżentati sal-10 ta’ Lulju 2025. Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta dawk l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|