+Artikolu 432 2.

Artikolu 432 2.

L-istituzzjonijiet jistgħu jħallu barra wkoll element wieħed jew iktar mill-informazzjoni msemmija fit-Titoli II u III jekk dawk l-elementi jinkludu informazzjoni li titqies bħala proprjetarja jew kunfidenzjali f'konformità ma' dan il-paragrafu, ħlief għad-divulgazzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 437 u 450.

L-informazzjoni għandha titqies bħala proprjetarja għall-istituzzjonijiet meta d-divulgazzjoni pubblikament tagħha timmina l-pożizzjoni kompetittiva tagħhom. L-informazzjoni proprjetarja tista' tinkludi informazzjoni dwar prodotti jew sistemi li tnaqqas il-valur tal-investimenti ta' istituzzjonijiet imsemmijin fiha, jekk tiġi kondiviża mal-kompetituri.

L-informazzjoni għandha titqies bħala kunfidenzjali meta l-istituzzjonijiet ikunu obbligati minn klijenti jew relazzjonijiet ta' kontropartijiet oħra li jżommu kunfidenzjali dik l-informazzjoni.

L-ABE għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar kif l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-proprjetarjetà u l-kunfidenzjalità b'rabta mar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni tat-Titoli II u III.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit