+Artikolu 450 1.

Artikolu 450 1.

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja dwar il-politika u l-prattiki tagħhom ta' remunerazzjoni għal dawk il-kategoriji ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom ikollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet:

(a) 

informazzjoni dwar il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet użat biex jiddetermina l-politika ta' remunerazzjoni, kif ukoll in-numru ta' laqgħat li saru mill-korp ewlieni li jissorvelja r-remunerazzjoni matul is-sena finanzjarja, inkluż, fejn applikabbli, informazzjoni dwar il-kompożizzjoni u l-mandat ta' kumitat tar-remunerazzjoni, il-konsulent estern li s-servizzi tiegħu ntużaw għad-determinazzjoni tal-politika ta' remunerazzjoni u r-rwol tal-partijiet ikkonċernati rilevanti;

(b) 

informazzjoni dwar ir-rabta bejn il-paga tal-persunal u l-prestazzjoni tagħhom;

(c) 

l-iktar karatteristiċi importanti tat-tfassil tas-sistema ta' remunerazzjoni, inkluż informazzjoni dwar il-kriterji użati għall-kejl tal-prestazzjoni u l-aġġustament tar-riskju, il-politika ta' differiment u l-kriterji ta' vestiment;

(d) 

il-proporzjonijiet bejn remunerazzjoni fissa u varjabbli stabbiliti f'konformità mal-punt (g) tal-Artikolu 94(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(e) 

informazzjoni dwar il-kriterji ta' prestazzjoni li fuqhom ikun ibbażat l-intitolament għal ishma, opzjonijiet jew komponenti varjabbli ta' remunerazzjoni;

(f) 

il-parametri ewlenin u r-raġuni għal kwalunkwe skema ta' komponent varjabbli u kwalunkwe benefiċċju ieħor mhux fi flus kontanti;

(g) 

informazzjoni kwantitattiva aggregata dwar ir-remunerazzjoni, diżaggregata skont il-qasam ta' negozju;

(h) 

informazzjoni kwantitattiva aggregata dwar ir-remunerazzjoni, diżaggregata skont il-maniġment superjuri u l-membri tal-persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom ikollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet, li tindika dan li ġej:

(i) 

l-ammonti ta' remunerazzjoni mogħtija għas-sena finanzjarja, maqsuma f'remunerazzjoni fissa inkluż deskrizzjoni tal-komponenti fissi, u remunerazzjoni varjabbli, u n-numru ta' benefiċjarji;

(ii) 

l-ammonti u l-forom ta' remunerazzjoni varjabbli mogħtija, maqsuma fi flus kontanti, ishma, strumenti relatati mal-ishma u tipi oħra b'mod separat għall-parti mħallsa bil-quddiem u l-parti diferita;

(iii) 

l-ammonti ta' remunerazzjoni differita mogħtija għal perijodi ta' prestazzjoni preċedenti, maqsuma fl-ammont dovut li jiġi vestit fis-sena finanzjarja u l-ammont dovut li jiġi vestit fi snin sussegwenti;

(iv) 

l-ammont ta' remunerazzjoni diferita dovuta li tiġi vestita fis-sena finanzjarja li titħallas matul is-sena finanzjarja, u li titnaqqas permezz ta' aġġustamenti tal-prestazzjoni;

(v) 

l-għotjiet varjabbli garantiti ta' remunerazzjoni matul is-sena finanzjarja, u n-numru ta' benefiċjarji ta' dawk l-għotjiet;

(vi) 

il-ħlasijiet ta' terminazzjoni mogħtija f'perijodi preċedenti, li jkunu tħallsu matul is-sena finanzjarja;

(vii) 

l-ammonti ta' ħlasijiet tat-terminazzjoni mogħtija matul is-sena finanzjarja, maqsuma f'dawk imħallsa bil-quddiem u dawk diferiti, in-numru ta' benefiċjarji ta' dawk il-ħlasijiet u l-ogħla ħlas li jkun ingħata lil persuna waħda;

(i) 

in-numru ta' individwi li ngħataw remunerazzjoni ta' EUR 1 miljun jew iktar f'sena finanzjarja, bir-remunerazzjoni ta' bejn EUR 1 miljun u EUR 5 miljuni diżaggregata f'faxex ta' ħlas ta' EUR 500 000  u bir-remunerazzjoni ta' EUR 5 miljun u iktar diżaggregata f'faxex ta' ħlas ta' EUR 1 miljun;

(j) 

fuq talba mill-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti rilevanti, ir-remunerazzjoni totali għal kull membru tal-korp maniġerjali jew il-maniġment superjuri;

(k) 

informazzjoni dwar jekk l-istituzzjoni tibbenefikax minn deroga stabbilita fl-Artikolu 94(3) tad-Direttiva 2013/36/UE.

Għall-finijiet tal-punt (k) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet li jibbenefikaw mit-tali deroga għandhom jindikaw jekk jibbenefikawx minn dik id-deroga abbażi tal-punt (a) jew (b) tal-Artikolu 94(3) tad-Direttiva 2013/36/UE. Huma għandhom jindikaw ukoll għal liema mill-prinċipji tar-remunerazzjoni japplikaw id-deroga/i, in-numru ta' membri tal-persunal li jibbenefikaw mid-deroga/i u r-remunerazzjoni totali tagħhom, maqsuma f'remunerazzjoni fissa u varjabbli.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit