+Artikolu 450 Divulgazzjoni tal-politika ta' remunerazzjoni
---+Artikolu 450 1.
---+Artikolu 450 2.
|
Artikolu 450 Divulgazzjoni tal-politika ta' remunerazzjoni
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 450 1.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja dwar il-politika u l-prattiki tagħhom ta' remunerazzjoni għal dawk il-kategoriji ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom ikollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet:
(a)
informazzjoni dwar il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet użat biex jiddetermina l-politika ta' remunerazzjoni, kif ukoll in-numru ta' laqgħat li saru mill-korp ewlieni li jissorvelja r-remunerazzjoni matul is-sena finanzjarja, inkluż, fejn applikabbli, informazzjoni dwar il-kompożizzjoni u l-mandat ta' kumitat tar-remunerazzjoni, il-konsulent estern li s-servizzi tiegħu ntużaw għad-determinazzjoni tal-politika ta' remunerazzjoni u r-rwol tal-partijiet ikkonċernati rilevanti;
(b)
informazzjoni dwar ir-rabta bejn il-paga tal-persunal u l-prestazzjoni tagħhom;
(c)
l-iktar karatteristiċi importanti tat-tfassil tas-sistema ta' remunerazzjoni, inkluż informazzjoni dwar il-kriterji użati għall-kejl tal-prestazzjoni u l-aġġustament tar-riskju, il-politika ta' differiment u l-kriterji ta' vestiment;
(d)
il-proporzjonijiet bejn remunerazzjoni fissa u varjabbli stabbiliti f'konformità mal-punt (g) tal-Artikolu 94(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;
(e)
informazzjoni dwar il-kriterji ta' prestazzjoni li fuqhom ikun ibbażat l-intitolament għal ishma, opzjonijiet jew komponenti varjabbli ta' remunerazzjoni;
(f)
il-parametri ewlenin u r-raġuni għal kwalunkwe skema ta' komponent varjabbli u kwalunkwe benefiċċju ieħor mhux fi flus kontanti;
(g)
informazzjoni kwantitattiva aggregata dwar ir-remunerazzjoni, diżaggregata skont il-qasam ta' negozju;
(h)
informazzjoni kwantitattiva aggregata dwar ir-remunerazzjoni, diżaggregata skont il-maniġment superjuri u l-membri tal-persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom ikollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet, li tindika dan li ġej:
(i)
l-ammonti ta' remunerazzjoni mogħtija għas-sena finanzjarja, maqsuma f'remunerazzjoni fissa inkluż deskrizzjoni tal-komponenti fissi, u remunerazzjoni varjabbli, u n-numru ta' benefiċjarji;
(ii)
l-ammonti u l-forom ta' remunerazzjoni varjabbli mogħtija, maqsuma fi flus kontanti, ishma, strumenti relatati mal-ishma u tipi oħra b'mod separat għall-parti mħallsa bil-quddiem u l-parti diferita;
(iii)
l-ammonti ta' remunerazzjoni differita mogħtija għal perijodi ta' prestazzjoni preċedenti, maqsuma fl-ammont dovut li jiġi vestit fis-sena finanzjarja u l-ammont dovut li jiġi vestit fi snin sussegwenti;
(iv)
l-ammont ta' remunerazzjoni diferita dovuta li tiġi vestita fis-sena finanzjarja li titħallas matul is-sena finanzjarja, u li titnaqqas permezz ta' aġġustamenti tal-prestazzjoni;
(v)
l-għotjiet varjabbli garantiti ta' remunerazzjoni matul is-sena finanzjarja, u n-numru ta' benefiċjarji ta' dawk l-għotjiet;
(vi)
il-ħlasijiet ta' terminazzjoni mogħtija f'perijodi preċedenti, li jkunu tħallsu matul is-sena finanzjarja;
(vii)
l-ammonti ta' ħlasijiet tat-terminazzjoni mogħtija matul is-sena finanzjarja, maqsuma f'dawk imħallsa bil-quddiem u dawk diferiti, in-numru ta' benefiċjarji ta' dawk il-ħlasijiet u l-ogħla ħlas li jkun ingħata lil persuna waħda;
(i)
in-numru ta' individwi li ngħataw remunerazzjoni ta' EUR 1 miljun jew iktar f'sena finanzjarja, bir-remunerazzjoni ta' bejn EUR 1 miljun u EUR 5 miljuni diżaggregata f'faxex ta' ħlas ta' EUR 500 000 u bir-remunerazzjoni ta' EUR 5 miljun u iktar diżaggregata f'faxex ta' ħlas ta' EUR 1 miljun;
(j)
fuq talba mill-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti rilevanti, ir-remunerazzjoni totali għal kull membru tal-korp maniġerjali jew il-maniġment superjuri;
(k)
informazzjoni dwar jekk l-istituzzjoni tibbenefikax minn deroga stabbilita fl-Artikolu 94(3) tad-Direttiva 2013/36/UE.
Għall-finijiet tal-punt (k) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet li jibbenefikaw mit-tali deroga għandhom jindikaw jekk jibbenefikawx minn dik id-deroga abbażi tal-punt (a) jew (b) tal-Artikolu 94(3) tad-Direttiva 2013/36/UE. Huma għandhom jindikaw ukoll għal liema mill-prinċipji tar-remunerazzjoni japplikaw id-deroga/i, in-numru ta' membri tal-persunal li jibbenefikaw mid-deroga/i u r-remunerazzjoni totali tagħhom, maqsuma f'remunerazzjoni fissa u varjabbli.
|
|
Artikolu 450 2.
|
Għal istituzzjonijiet kbar, l-informazzjoni kwantitattiva dwar ir-rimunerazzjoni tal-korp maniġerjali kollettiv tal-istituzzjonijiet imsemmijin f'dan l-Artikolu għandha wkoll tkun disponibbli għall-pubbliku, filwaqt li ssir differenzjazzjoni bejn membri eżekuttivi u dawk mhux eżekuttivi. L-istituzzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati f'dan l-Artikolu b'mod li jkun adatt għad-daqs, l-organizzazzjoni interna u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom u mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
38
).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|