+Artikolu 460 1.

Artikolu 460 1.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 462 biex tispeċifika fid-dettall ir-rekwiżit ġenerali stipulat fl-Artikolu 412(1). Atti delegati adottati f'konformità ma' dan il-paragrafu għandhom jkunu bbażati fuq l-elementi li għandhom jiġu rappurtati f'konformità mat-Titolu II tal-Parti Sitta u l-Anness III u għandhom jispeċifikaw ċ-ċirkostanzi li fihom l-awtoritajiet kompetenti għandhom jimponu livelli speċifiċi ta' flussi ta' dħul u ta' ħruġ fuq istituzzjonijiet sabiex ikunu koperti riskji speċifiċi li huma esposti għalihom u għandhom jirrispetta l-livelli limiti stipulati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta atti delegati li jispeċifikaw ir-rekwiżiti tal-likwidità dettaljati għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 8(3), l-Artikoli 411 sa 416, 419, 422, 425, 428a, 428f, 428g, 428j sa 428n, 428p, 428r, 428s, 428w, 428ae, 428ag, 428ah, 428ak u 451a ta' dan ir-Regolament.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit