+Artikolu 460 Likwidità
---+Artikolu 460 1.
---+Artikolu 460 2.
---+Artikolu 460 3.
|
Artikolu 460 Likwidità
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 460 1.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 462 biex tispeċifika fid-dettall ir-rekwiżit ġenerali stipulat fl-Artikolu 412(1). Atti delegati adottati f'konformità ma' dan il-paragrafu għandhom jkunu bbażati fuq l-elementi li għandhom jiġu rappurtati f'konformità mat-Titolu II tal-Parti Sitta u l-Anness III u għandhom jispeċifikaw ċ-ċirkostanzi li fihom l-awtoritajiet kompetenti għandhom jimponu livelli speċifiċi ta' flussi ta' dħul u ta' ħruġ fuq istituzzjonijiet sabiex ikunu koperti riskji speċifiċi li huma esposti għalihom u għandhom jirrispetta l-livelli limiti stipulati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta atti delegati li jispeċifikaw ir-rekwiżiti tal-likwidità dettaljati għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 8(3), l-Artikoli 411 sa 416, 419, 422, 425, 428a, 428f, 428g, 428j sa 428n, 428p, 428r, 428s, 428w, 428ae, 428ag, 428ah, 428ak u 451a ta' dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 460 2.
|
Ir-rekwiżit ta' kopertura għal-likwidità msemmi fl-Artikolu 412 għandu jiġi introdott f'konformità mal-introduzzjoni gradwali li ġejja:
(a)
60 % tar-rekwiżit ta' kopertura għal-likwidità fl-2015;
(b)
70 % mill-1 ta’ Jannar 2016;
(c)
80 % mill-1 ta’ Jannar 2017;
(d)
100 % mill-1 ta’ Jannar 2018.
Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tieħu kont tar-rapporti msemmijin fl-Artikolu 509(1), (2) u (3) u l-istandards internazzjonali żviluppati mill-fora internazzjonali kif ukoll l-ispeċifiċatijiet tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att iddelegat imsemmi fil-paragrafu 1 sat-30 ta’ Ġunju 2014. Dan għandu jidħol fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2014, iżda ma għandux japplika qabel l-1 ta’ Jannar 2015.
|
|
Artikolu 460 3.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li temenda dan ir-Regolament billi tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 462 li jemendaw il-lista ta' prodotti jew servizzi stipulata fl-Artikolu 428f(2) jekk tqis li l-assi u l-obbligazzjonijiet marbutin direttament ma' prodotti jew servizzi oħra jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 428f(1). Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat imsemmi fl-ewwel subparagrafu sat-28 ta' Ġunju 2024.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|