|
+Artikolu 469 1. |
Artikolu 469 1.Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 36(1), matul il-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2017, għandu japplika dan li ġej:
(a)
l-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu mill-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 il-perċentwal applikabbli speċifikat fl-Artikolu 478 tal-ammonti meħtieġa sabiex jitnaqqsu skont il-punti (a) sa (h) tal-Artikolu 36(1), għajr l-assi tat-taxxa differita li jistrieħu fuq il-profitabbiltà fil-ġejjieni u li jirriżultaw minn differenzi temporanji;
(b)
l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 472 għall-ammonti reżidwi ta’ elementi li jeħtiġilhom jitnaqqsu skont il-punti (a) sa (h) tal-Artikolu 36(1), għajr l-assi ta’ taxxa differita li jistrieħu fuq il-profitabbiltà fil-ġejjieni u li jirriżultaw minn differenzi temporanji;
(c)
l-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu mill-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 il-perċentwal applikabbli speċifikat fl-Artikolu 478 tal-ammont totali li jeħtieġlu jitnaqqas skont il-punti (c) u (i) tal-Artikolu 36(1) wara li jiġi applikat l-Artikolu 470;
(d)
l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 472(5) jew (11), kif applikabbli, għall-ammont reżidwu totali tal-elementi meħtieġa sabiex jitnaqqsu skont il-punti (c) u (i) tal-Artikolu 36(1) wara li jiġi applikat l-Artikolu 470. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|