+Artikolu 479 1.

Artikolu 479 1.

Permezz ta’ deroga mit-Titolu II tal-Parti Tnejn, matul il-perijodu 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2017, ir-rikonoxximent fil-fondi proprji konsolidati tal-elementi li jkunu jikkwalifikaw bħala riżervi konsolidati skont il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għall-Artikolu 65 tad-Direttiva 2006/48/KE li ma jikkwalifikawx bħala kapital konsolidat ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 għal kwalunkwe mir-raġunijiet li ġejjin għandu jiġi ddeterminat mill-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu:

(a) 

l-istrument ma jikkwalifikax bħala strument ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, u konsegwentement, id-dħul relatat miżmum u l-kontijiet tal-primjum tal-ishma ma jikkwalifikawx bħala elementi konsolidati ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1;

(b) 

l-elementi ma jikkwalifikawx bħala riżultat tal-Artikolu 81(2);

(c) 

l-elementi ma jikkwalifikawx għax sussidjarja mhijiex istituzzjoni jew entità li hija soġġetta għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u din id-Direttiva 2013/36/UE minħabba l-liġi nazzjonali applikabbli;

(d) 

l-elementi ma jikkwalifikawx għax is-sussidjarja mhijiex inkluża bis-sħiħ fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit