+Artikolu 486 4.

Artikolu 486 4.

L-ammont ta’ elementi msemmija fl-Artikolu 484(5) li għandhom jikkwalifikaw bħala elementi ta' Grad 2 huwa limitat għall-perċentwal applikabbli tar-riżultat ta’ tnaqqis mis-somma tal-ammonti speċifikati fil-punti (a) sa (d) ta' dan il-paragrafu tas-somma tal-ammonti speċifikati fil-punti (e) sa (h) ta' dan il-paragrafu:

(a) 

l-ammont nominali tal-istrumenti msemmija fl-Artikolu 484(5) li jkunu għadhom maħruġin fil-31 ta’ Diċembru 2012;

(b) 

il-kontijiet tal-primjum tal-ishma relatati mal-istrumenti msemmija fil-punt (a);

►C2  (c) 

l-ammont nominali ta' kapital subordinat ta' self li jkun baqa' maħruġ fil-31 ta' Diċembru 2012, imnaqqas bl-ammont ◄ meħtieġ skont il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għall-punt (c) tal-Artikolu 64(3) tad-Direttiva 2006/48/KE;

(d) 

l-ammont nominali tal-elementi msemmija fl-Artikolu 484(5), għajr l-istrumenti u l-kapital subordinat ta’ self imsemmija fil-punti (a) u (c) ta’ dan il-paragrafu, li nħarġu qabel il-31 ta’ Diċembru 2012;

(e) 

l-ammont nominali tal-istrumenti u l-elementi msemmija fl-Artikolu 484(5) li nħarġu qabel il-31 ta’ Diċembru 2012 li qabżu l-limiti speċifikati fil-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għall-punt (a) tal-Artikolu 66(1) tad-Direttiva 2006/48/KE;

(f) 

il-kontijiet tal-primjum tal-ishma relatati mal-istrumenti msemmija fil-punt (e);

(g) 

l-ammont nominali tal-istrumenti msemmija fl-Artikolu 484(5) li nħarġu qabel il-31 ta’ Diċembru 2012 li ma jikkwalifikawx bħala elementi ta' Grad 2 skont l-Artikolu 490(4);

(h) 

il-kontijiet tal-primjum tal-ishma relatati mal-istrumenti msemmija fil-punt (g).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit