|
+Artikolu 493 5. |
Artikolu 493 5.L-arranġamenti transizzjonali stabbiliti fil-paragrafu 4 għandhom japplikaw għall-iskoperturi li ġejjin:
(a)
entrati ta’ assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq gvernijiet ċentrali, banek ċentrali, jew entitajiet tas-settur pubbliku tal-Istati Membri;
(b)
entrati ta’ assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet iggarantiti espliċitament minn gvernijiet ċentrali, banek ċentrali, jew entitajiet tas-settur pubbliku tal-Istati Membri;
(c)
skoperturi oħra għal gvernijiet ċentrali, banek ċentrali jew entitajiet tas-settur pubbliku tal-Istati Membri, jew iggarantiti minnhom;
(d)
entrati ta’ assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali tal-Istati Membri trattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali f’konformità mal-Artikolu 115(2);
(e)
skoperturi oħra għal gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali tal-Istati Membri, jew iggarantiti minnhom trattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali f’konformità mal-Artikolu 115(2). Għall-finijiet tal-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu, l-arranġamenti transizzjonali stabbiliti fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għal entrati ta’ assi u skoperturi oħra għal entitajiet tas-settur pubbliku, jew iggarantiti minnhom, li jkunu ttrattati bħala skoperturi għal gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali f’konformità mal-Artikolu 116(4). Fejn l-entrati ta’ assi u skoperturi oħra għall-entitajiet tas-settur pubbliku, jew iggarantiti minnhom, ikunu ttrattati bħala skoperturi għal gvern reġjonali jew awtorità lokali f’konformità mal-Artikolu 116(4), l-arranġamenti transizzjonali stabbiliti fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss fejn l-iskoperturi għal dak il-gvern reġjonali jew awtorità lokali jkunu ttrattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali f’konformità mal-Artikolu 115(2). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|