|
+Artikolu 495b 3. |
Artikolu 495b 3.B'deroga mill-Artikolu 122a(3), il-punt (a), l-iskoperturi ta' self speċjalizzat kif imsemmija f'dak il-punt li għalihom ma tkunx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu direttament applikabbli minn ECAI nominata jistgħu, sal-31 ta' Diċembru 2032, jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 80 %, meta l-aġġustament għar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' kreditu msemmi fl-Artikolu 501a ma jiġix applikat u l-iskopertura titqies li tkun ta' kwalità għolja meta jitqiesu l-kriterji kollha li ġejjin:
(a)
id-debitur jista' jissodisfa l-obbligi finanzjarji tiegħu anke taħt kundizzjonijiet ta' stress serju minħabba l-preżenza tal-karatteristiċi kollha li ġejjin:
(i)
skopertura adegwata għall-valur tal-iskopertura;
(ii)
profil konservattiv ta' ripagament tal-iskopertura;
(iii)
il-ħajja li jifdal tal-assi tkun proporzjonali għall-ħlas sħiħ tal-iskopertura jew inkella rikors għal fornitur tal-protezzjoni b'affidabbiltà kreditizja għolja;
(iv)
riskju baxx ta' rifinanzjament tal-iskopertura mid-debitur jew inkella dak ir-riskju jiġi mmitigat adegwatament b'valur tal-assi residwu proporzjonali jew b'rikors għal fornitur tal-protezzjoni b'affidabbiltà kreditizja għolja;
(v)
id-debitur ikollu restrizzjonijiet kuntrattwali fuq l-attività u l-istruttura ta' finanzjament tiegħu;
(vi)
id-debitur juża derivattivi għall-finijiet ta' mitigazzjoni tar-riskju biss;
(vii)
ir-riskji operazzjonali materjali jiġu mmaniġġati kif xieraq;
(b)
l-arranġamenti kuntrattwali fuq l-assi jipprovdu lill-mutwanti grad għoli ta' protezzjoni, inkluż il-karatteristiċi li ġejjin:
(i)
il-mutwanti jkollhom dritt legalment infurzabbli fl-ewwel post għall-assi finanzjati u, fejn ikun applikabbli, għall-introjtu li jiġġeneraw;
(ii)
ikun hemm restrizzjonijiet kuntrattwali fuq il-kapaċità tad-debitur li jagħmel bidliet għall-assi li jkollhom impatt negattiv fuq il-valur tiegħu;
(iii)
meta l-assi jkun għadu qed jinbena, il-mutwanti jkollhom dritt legalment infurzabbli fl-ewwel post għall-assi u għall-kuntratti ta' kostruzzjoni sottostanti;
(c)
l-assi li jkunu qed jiġu ffinanzjati jissodisfaw l-istandards kollha li ġejjin biex joperaw b'mod sod u effettiv:
(i)
it-teknoloġija u d-disinn tal-assi jkunu ttestjati;
(ii)
ikunu nkisbu l-permessi u l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa kollha għat-tħaddim tal-assi;
(iii)
meta l-assi jkun għadu qed jinbena, id-debitur ikollu salvagwardji adegwati dwar l-ispeċifikazzjonijiet, il-baġit u d-data tat-tlestija miftiehma tal-assi, inkluż garanziji ta' tlestija b'saħħithom jew l-involviment ta' bennej tal-esperjenza u dispożizzjonijiet kuntrattwali adegwati għad-danni likwidati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|